Il-Milied hu stedina għalina biex nersqu lejn l-essenzjal tal-ħajja – L-Arċisqof
Quddiesa għall-istudenti tal-iskejjel tal-Istat, tal-Knisja u indipendenti fil-bidu tal-kampanja ‘Milied Flimkien’
06/12/2019 Il-Konkatidral ta’ San Ġwann, il-Belt VallettaL-omelija tal-Arċisqof Charles J. Scicluna
L-ewwel nett nixtieq nirringrazzja ħafna liż-żgħażagħ li tawna riflessjonijiet tassew sbieħ u għallmuna li l-Milied huwa dejjem attwali. Is-sinjal tal-Milied huwa tarbija mfisqija u mimduda f’maxtura. Il-maxtura kienet il-post fejn ipoġġu l-għalf għall-annimali minn fejn ikunu jistgħu imaxtru l-ġwież u dak li jingħatalhom. U din it-tarbija li hija wkoll ir-raġel ta’ 33 sena li jgħidilna: “Dan hu ġismi, dan hu demmi”… Kompli aqra »