Yearly Archives: 2019

L-Evanġelju tal-jum: 2 ta’ Diċembru

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Iż 4, 2-6
Salm: 121 (122), 1-2.3-4a. 4b-5.6-7.8-9

L-Evanġelju: Mt 8, 5-11

F’dak iż-żmien, Ġesù daħal Kafarnahum, u resaq fuqu wieħed ċenturjun jitolbu bil-ħerqa u jgħidlu: “Sinjur, id-dar għandi l-qaddej mixħut, mifluġ u batut wisq”. Qallu Ġesù: “Niġi jien infejqu”.

Qallu ċ-ċenturjun: “Sinjur, ma jistħoqqlix li tidħol taħt is-saqaf tiegħi. Iżda int għid kelma biss, u l-qaddej tiegħi jfiq… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-Ħadd: 1 ta’ Diċembru

L-Ewwel Ħadd tal-Avvent
Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Is 2, 1-5
Salm: 121 (122), 1-2.4-5.6-7. 8-9
It-Tieni Qari: Rum 13, 11-14a

L-Evanġelju: Mt 24, 37-44

F’dak iż-żmien, Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu: “Bħal fi żmien Noè, hekk tkun il-miġja ta’ Bin il-bniedem. Għax kif fiż-żmien ta’ qabel id-dilluvju kienu jieklu u jixorbu, jiżżewġu u jżewġu sa dakinhar li Noè daħal fl-arka, u b’xejn ma ntebħu sa ma wasal id-dilluvju u ġarr lil kulħadd, hekk tkun il-miġja ta’ Bin il-bniedem… Kompli aqra »

Il-Kardinal Tarcisio Bertone jiltaqa’ mal-iSpeaker Anġlu Farrugia

Cardinal Tarcisio Bertone, former Secretary of State of the Holy See, paid a courtesy call to Speaker Anġlu Farrugia on 29 November 2019.

During the courtesy visit, Speaker Farrugia referred to the excellent and cordial relations that exist between Malta and the Holy See. He mentioned the recent formation of a Parliamentary Friendship Group with the purpose of enhancing Malta’s relations with the Holy See… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 30 ta’ Novembru

Sant’Andrija, Appostlu – Festa
Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Rum 10: 9-18
Salm: 18, 2-5

L-Evanġelju: Mt 4: 18-22

F’dak iż-żmien: Huwa u jdur ma’ xatt il-baħar tal-Galilija, Ġesù lemaħ żewġ aħwa, Xmun, jgħidulu Pietru, u Indrì ħuh, qegħdin ikalaw ix-xbiek il-baħar, għax kienu sajjieda. U qalilhom: “Ejjew warajja, u nagħmilkom sajjieda tal-bnedmin”.

U minnufih telqu x-xbiek, u marru warajh… Kompli aqra »

Ċelebrazzjonijiet Liturġiċi mmexxija mill-Arċisqof Charles J. Scicluna f’Diċembru 2019

Il-Ħadd 1 ta’ Diċembru, fl-4:30pm, l-Arċisqof Charles J. Scicluna jamministra s-Sagrament tal-Griżma lill-adolexxenti fil-Knisja Parrokkjali ta’ Ħal Lija.

L-Erbgħa 4 ta’ Diċembru, fis-6:00pm, Monsinjur Arċisqof jiċċelebra Quddiesa fil-Knisja tal-Madonna ta’ Loreto, il-Gudja, li matulha jinawgura l-pavimentar il-ġdid tal-irħam.

Il-Ġimgħa 6 ta’ Diċembru, fid-9:00am, Monsinjur Arċisqof jiċċelebra Quddiesa għall-istudenti tal-iskejjel tal-Istat, tal-Knisja u Indipendenti, fil-bidu tal-kampanja ‘Milied Flimkien’, fil-Konkatidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 29 ta’ Novembru

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Dan 7, 2-14
Salm: Dan 3, 75.76.77.78.79.80.81

L-Evanġelju: Lq 21, 29-33

F’dak iż-żmien, Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu din il-parabbola: “Ħarsu lejn is-siġra tat-tin u s-siġar l-oħra. Malli tarawhom jarmu, intom stess tintebħu li s-sajf diġà fil-qrib. Hekk ukoll meta taraw dan jiġri, kunu afu li s-Saltna ta’ Alla hi fil-qrib.

Tassew ngħidilkom, li ma jgħaddix dan in-nisel sa ma jiġri dan kollu… Kompli aqra »

Avviż

Nhar il-Ġimgħa 29 ta’ Novembru 2019, il-Kurja tal-Arċisqof inkluż l-Uffiċċju Żwiġijiet u l-Uffiċċji tal-Caritas, il-Furjana, u t-Tribunal Ekkleżjastiku, il-Belt Valletta, ser ikunu magħluqa minħabba rtir għall-impjegati bi tħejjija għall-Avvent. L-uffiċċji tal-Caritas jerġgħu jiftħu fil-5pm. Kompli aqra »

Frozen 2

****

Diretturi:         Chris Buck u Jennifer Lee

Ilħna:               Idina Menzel, Kristen Bell, Jonathan Groff, Josh Gad, Sterling K. Brown, Evan Rachel  Wood, Alfred Molina, Martha Plimpton, Jason Ritter u Rachel Matthews

Ħin tal-Film:    103 min

Maħruġ minn KRS Releasing Ltd

KLASSIFIKA TAĊ-ĊENSURA:                             U

KLASSIFIKA TAL-KNISJA:                                  PG

Ir-Re Runeard, fundatur u l-ewwel re ta’  Arendelle,  stabbilixxa trattat mat-tribù ta’ Northuldra billi bnielhom diga fit-territorju tagħhom magħruf bħala: The Enchanted Forest… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 28 ta’ Novembru

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Dan 6, 12-28
Salm: Dan 3, 68.69.70.71.72.73.74

L-Evanġelju: Lq 21, 20-28

F’dak iż-żmien, Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu: “Meta mbagħad taraw lil Ġerusalemm magħluqa minn kullimkien bl-eżerċti, tkunu tafu li l-qerda tagħha tkun waslet. Ħa jaħarbu mbagħad lejn il-muntanji dawk li jkunu fil-Lhudija u jitbiegħdu minnha dawk li jkunu ġo nofsha, u ma jerġgħux lura fiha dawk li jkunu fir-raba’; għax dawk ikunu jiem il-kastig li fihom iseħħ kulma hemm miktub… Kompli aqra »