Yearly Archives: 2019

Il-prijoritajiet pastorali tal-parroċċi f’Malta

Live-in tal-Kappillani 2019

  • Il‑kappillani tas‑70 parroċċa f’Malta ddiskutew il‑prijoritajiet pastorali fid‑dawl tal‑istħarriġ li sar dwar l‑attendenza tal‑Quddies u l‑fidi f’Malta. Dan sar waqt il‑live‑in annwali aktar kmieni din il‑ġimgħa fis‑Seminarju tal‑Arċisqof, Tal‑Virtù. Flimkien mal‑kappillani attendew l‑Arċisqof Charles J. Scicluna u l‑Isqof Awżiljarju Joseph Galea‑Curmi.

    Għal dan il‑live‑in ġew mistiedna diversi esperti u kelliema oħra fosthom tliet lajċi li ntalbu jattendu għal‑live‑in kollu biex jisimgħu r‑realtajiet tal‑kappillani u jagħtu l‑opinjoni tagħhom minn perspettiva esterna…

  • Kompli aqra »

Live: Mass for couples getting married in 2019

  • Illum is-Sibt, 19 ta’ Jannar 2019, fil-5:30 p.m., l-Arċsiqof Charles J. Scicluna ser jiċċelebra Quddiesa għall-koppji għarajjes li ser jiżżewġu matul din is-sena, fil-Konkatidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta. Din il-Quddiesa hija organizzata mill-Moviment ta’ Kana.

     

  • 

     

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 19 ta’ Jannar

  • Qari tal-jum
  • L-Ewwel Qari: Lhud 4, 12-16
    Salm 18 (19), 8.9.10.15

    L-Evanġelju: Mark 2, 13-17

  • F’dak iż-żmien, Ġesù raġa’ ħareġ lejn xatt il-baħar, u n-nies kollha resqu lejh, u hu qagħad jgħallimhom. Hu u għaddej lemaħ lil Levi ta’ Alfew bilqiegħda quddiem il-mejda tat-taxxi u qallu: “Ejja warajja”. Dak qam u mar warajh…

  • Kompli aqra »

L-għaqda fost l-Insara

  • Kull sena bejn it-18 u l-25 ta’ Jannar, l-Insara kollha madwar id-dinja jingħaqdu flimkien biex jiċċelebraw il‑Ġimgħa ta’ Talb għall‑Għaqda fost l‑Insara. It-tema taċ-ċelebrazzjoni ta’ din is-sena hi: “Għandek tfittex il-ġustizzja, u l-ġustizzja biss” (Dewt. 16:20).

    Il‑Ġimgħa ta’ Talb għall‑Għaqda fost l‑Insara, li ilha tiġi ċċelebrata għal aktar minn 100 sena, tintemm fil-festa tal-konverżjoni ta’ San Pawl, l-Appostlu tal-Ġnus…

  • Kompli aqra »

Il-valur tal-ħajja

  • Fil-messaġġ tal-Milied, l-Arċisqof Charles J. Scicluna fakkar kif it-twelid tat-tarbija ta’ Betlehem tgħallimna ngħożżu l-ħajja mill-ewwel mument tat-tnissil tagħha. Saħaq li l-Milied ifakkarna wkoll li l‑ħajja għandha valur li huwa bla prezz.

    F’għeluq il-200 sena tal-għanja O Lejl ta’ Skiet, l-Arċisqof qal li t-tarbija ta’ Betlehem tħeġġiġna wkoll nieqfu u nirriflettu fuq il-mistoqsijiet fundamentali tal-ħajja, mistoqsijiet li “l‑bniedem għamilhom f’kull kultura u f’kull żmien,” dwar minn fejn ġejjin u fejn sejrin…

  • Kompli aqra »

Ġimgħa ta’ Talb għall-Għaqda fost l-Insara 2019

  • Mil-lum il-Ġimgħa, 18 ta’ Jannar 2019, l-Insara kollha madwar id-dinja huma mħeġġa jingħaqdu flimkien biex jiċċelebraw il‑Ġimgħa ta’ Talb għall‑Għaqda fost l‑Insara, li tintemm nhar il-Ġimgħa, 25 ta’ Jannar 2019. Matul din il‑ġimgħa l‑Knejjes Insara differenti jingħaqdu għal talb ekumeniku, bit‑tema għal din is‑sena tkun “Għandek tfittex il-ġustizzja, u l-ġustizzja biss” (Dewt. 16:20).

    Għal din l‑okkażjoni, nhar il‑Ġimgħa li ġej, fis‑6:30 p.m., ser jiġi ċċelebrat servizz ekumeniku fil-Knisja Arċipretali ta’ San Pawl Nawfragu, il-Belt Valletta…

  • Kompli aqra »

Ritratti: L-inawgurazzjoni ta’ xogħol ta’ restawr fuq tliet pitturi storiċi fil-Kurja tal-Arċisqof

  • Fil-jiem li għaddew, fil-Kurja tal-Arċisqof ġie inawgurat ix-xogħol ta’ restawr u ta’ konservazzjoni li sar fuq tliet pitturi storiċi li jmorru lura għas-seklu 18. Il-pitturi juru x‑xbihat tal‑Immakulata Kunċizzjoni, tal‑Madonna tar‑Rużarju ma’ qaddisin Dumnikani, u tal‑Missier Etern.

    Waqt l-inawgurazzjoni, li saret fil-knisja ta’ Manresa fil-Kurja, ingħatat preżentazzjoni kritika dwar il-pitturi mill-istorika tal‑arti Dr Theresa Vella. Ir-restawr sar mid-ditta Atelier del Restauro u sar bl-għajnuna ta’ APS Bank…

  • Kompli aqra »

Il-Papa: ‘L-attakk fil-Kenja hu att vjolenti bla skop’

  • Describing the attack on Nairobi’s DusitD2 Hotel complex in which at least 21 people were killed as a “senseless act of violence” Pope Francis has sent a telegramme assuring all those who are affected by the tragedy of his spiritual closeness.

    The telegramme, signed by Vatican Secretary of State, Cardinal Pietro Parolin, on the Pope’s behalf,  comes as Kenyan officials confirm that all are accounted for after the brutal 20-hour siege in which 21 civilians and five terrorists died…

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 18 ta’ Jannar

  • Qari tal-jum
  • L-Ewwel Qari: Lhud 4, 1-5.11
    Salm: 77 (78), 3 u 4bċ.6ċ-7.8

    L-Evanġelju: Mark 2, 1-12

  • Wara xi ġranet Ġesù daħal Kafarnahum. In-nies semgħet li kien id-dar u nġabru bosta, hekk li ma kienx hemm fejn joqogħdu iżjed, anqas quddiem il-bieb. U qagħad ixandrilhom il-Kelma. U marru ħadulu quddiemu wieħed mifluġ, merfugħ minn erbgħa min-nies…

  • Kompli aqra »

Il-Vatikan jagħti d-dettalji tal-laqgħa fuq il-ħarsien tal-minuri

  • The Director ad interim of the Holy See Press Office, Alessandro Gisotti, on Wednesday provided journalists with further information regarding “The protection of minors in the Church” Meeting, to be held in the Vatican from 21 to 24 February 2019.

    The Organizing Committee of the Meeting gathered in Rome on Thursday 10 January, he said. Afterwards, the Holy Father received in audience the members of the Committee, who updated him on preparations for the Meeting…

  • Kompli aqra »