Yearly Archives: 2019

It-tagħlima li l-martri ta’ dixxendenza Maltija tagħti lill-Insara

Omelija waqt Quddiesa fil-festa tal-Magħmudija ta' Sidna Ġesù Kristu u radd il-ħajr lil Alla tal-beatifikazzjoni ta’ Sor Angele-Marie Littlejohn

  • L-omelija tal-Arċisqof Charles J. Scicluna

     


  • Il-Knisja Parrokkjali, Ħal Għargħur

    13 ta’ Jannar 2019

    L-Evanġelju ta’ San Luqa jippreżenta lil Ġesù jiddeċiedi jidħol fil-kju ta’ dawk li qed jistennew li Ġwanni jgħammidhom. Ġwanni kien ħabbar magħmudija ta’ ndiema.

    Il-kelma ‘magħmudija’ għandha żewġ tifsiriet importanti ħafna…

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 17 ta’ Jannar

  • Qari tal-jum
  • L-Ewwel Qari: Lhud 3, 7-14
    Salm: 94 (95), 6-7.8-9.10-11

    L-Evanġelju: Mark 1, 40-45

  • F’dak iż-żmien, resaq fuq Ġesù wieħed lebbruż jitolbu bil-ħerqa, inxteħet għarkupptejh quddiemu u qallu: “Jekk trid, tista’ tfejjaqni!”. Imqanqal mill-ħniena, Ġesù medd idu fuqu, messu u qallu: “Irrid, kun imnaddaf!”. U minnufih il-lebbra marritlu u ġismu ndaf…

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 16 ta’ Jannar

  • Qari tal-jum
  • L-Ewwel Qari: Lhud 2, 14-18
    Salm: 104 (105), 1-2.3-4.6-7.8-9

    L-Evanġelju: Mark 1, 29-39

  • F’dak iż-żmien, Ġesù ħareġ mis-sinagoga u baqa’ sejjer ma’ Ġakbu u Ġwanni għand Xmun u Indrì. Issa omm il-mara ta’ Xmun kienet fis-sodda bid-deni, u malajr qalulu biha. Resaq lejha, qabadha minn idha u qajjimha. U d-deni ħallieha, u bdiet isservihom…

  • Kompli aqra »

“Il-Knisja tistagħna bix-xhieda tal-Laboratorju tal-Paċi” – L-Isqof Awżiljarju

Omelija waqt Quddiesa fil-Laboratorju tal-Paċi

  • L-omelija tal-Isqof Awżiljarju Joseph Galea-Curmi

     


  • Il-Laboratorju tal-Paċi, Ħal Far

    12 ta’ Jannar 2019

    Forsi narawha stramba li Ġesù, f’waħda mill-ewwel ġrajjiet tal-ħajja pubblika tiegħu, mar biex jitgħammed. Mar għand Ġwann il-Battista, li kien jgħammed lin-nies bl-ilma biex ifisser il-ħajja ġdida li daħlu għaliha wara li jistqarru dnubiethom…

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 15 ta’ Jannar

  • Qari tal-jum
  • L-Ewwel Qari: Lhud 2, 5-12
    Salm: 8, 2a u 5.6-7.8-9

    L-Evanġelju: Mark 1, 21b-28

  • F’dak iż-żmien, Ġesù, f’jum is-Sibt, daħal fis-sinagoga ta’ Kafarnahum u qagħad jgħallem. In-nies baqgħu mistagħġbin bil-mod tat-tagħlim tiegħu, għax beda jgħallimhom bħal wieħed li għandu s-setgħa, u mhux bħall-kittieba.

    Mela jkun hemm fis-sinagoga tagħhom raġel bi spirtu ħażin u qabad jgħajjat u jgħid: “Aħna x’għandna x’naqsmu, Ġesù ta’ Nazaret? …

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 14 ta’ Jannar

  • Qari tal-jum
  • L-Ewwel Qari: Lhud 1, 1-6
    Salm: 96 (97), 1 u 2b.6 u 7ċ.9

    L-Evanġelju: Mark 1, 14-20

  • Wara li arrestaw lil Ġwanni, Ġesù mar il-Galilija jxandar l-Evanġelju ta’ Alla u jgħid: “Iż-żmien huwa mitmum, u s-Saltna ta’ Alla waslet; indmu u emmnu fl-Evanġelju”.

    Waqt li kien għaddej ma’ xatt il-baħar tal-Galilija, lemaħ lil Xmun u ’l ħuh Indrì qegħdin ikalaw ix-xbiek fil-baħar, għax kienu sajjieda…

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-Ħadd: 13 ta’ Jannar

  • Il-Magħmudija tal-Mulej – Festa Qari tal-jum
  • L-Ewwel Qari: Is 40, 1-5.9-11
    Salm: 103 (104), 1b-2.3-4.24-25.27-28.29-30
    It-Tieni Qari: Titu 2, 11-14; 3, 4-7

    L-Evanġelju: Lq 3, 15-16. 21-22

  • F’dak iż-żmien, il-poplu kien qiegħed jistenna ħerqan, u kulħadd kien jistaqsi lilu nnifsu dwar Ġwanni, jekk kienx hu l-Messija. Għalhekk Ġwanni qabad u qal lil kulħadd: “Jien, ngħid għalija, ngħammidkom bl-ilma, imma ġej wieħed aqwa minni, li ma jistħoqqlix inħollu l-qfieli tal-qorq tiegħu…

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 12 ta’ Jannar

  • Qari tal-jum
  • L-Ewwel Qari: 1 Ġw 5, 14-21
    Salm: 149, 1-2.3-4.5 u 6a u 9b

    L-Evanġelju: Ġw 3, 22-30

  • F’dak iż-żmien, Ġesù ġie mad-dixxipli tiegħu fl-art tal-Lhudija, u baqa’ hemm magħhom jgħammed. Ġwanni wkoll kien qiegħed jgħammed f’Għajnun, qrib Salim, għax f’dik in-naħa kien hemm ħafna ilma; u n-nies kienet tiġi biex titgħammed…

  • Kompli aqra »

Żvilupp Sostenibbli għall-Gżejjer Maltin – Viżjoni għall-2050

Stqarrija mill-Kummissjoni Interdjoċesana Ambjent

  • Fis‑sottomissjoni li l‑Kummissjoni Interdjoċesana Ambjent (KA) ħejjiet waqt l‑eżerċizzju ta’ konsultazzjoni dwar il‑Viżjoni għall‑Iżvilupp Sostenibbli għall‑Gżejjer Maltin għall‑2050 li sar f’Novembru li għadda, hija tqajjem dawn il‑punti:

    1. Dwar ir‑responsabbiltà li għandha tittieħed mill‑ministeri varji, il‑KA tħoss li x‑xogħol tagħhom ma jħallihomx jiffokaw fuq kwistjonijiet ta’ żvilupp sostenibbli. Mill‑banda l‑oħra, il‑fatt li l-iżvilupp sostenibbli jkun taħt il‑Ministeru tal‑Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil‑Klima jagħti x’jifhem li ‘żvilupp sostenibbli’ għandu x’jaqsam biss mal‑ambjent…
  • Kompli aqra »