Yearly Archives: 2019

It-tunika li ntlibset minn San Franġisk t’Assisi

  • Scientific testing appears to prove that a garment found in Cortona, Italy, belonged to the saint. St Francis is one of the most popular Catholic holy men of all time. His community, the Order of the Friars Minor, commonly known as Franciscans, are easily spotted in their hooded robes with rope belts and sandals, and as a mendicant (begging) order, their vow of poverty is hardcore…
  • Kompli aqra »

Nipproteġu l-pulmun tagħna

  • L-Amażon, li nħakem minn nirien qawwija, hu magħruf bħala l-pulmun tad-dinja minħabba li hu wieħed mill-akbar foresti li jipprovdi ossiġnu lill-pjaneta tagħna, iżda mhux l-uniku wieħed. Diversi meded ta’ art miksija siġar f’pajjiżi eqreb tagħna wkoll nħakmu minn nirien kbar matul dan is-sajf, inkluż Malta. F’Ġunju li għadda nqerdet 50 tomna art u 4,600 siġra minħabba li l-masġar tal-Miżieb dam jaqbad għal jumejn sħaħ…

  • Kompli aqra »

Kull persuna, sal-aħħar nifs ta’ ħajjitha, għandha valur imprezzabbli – L-Arċisqof

Il-messaġġi tal-Arċisqof Charles J. Scicluna u l-President George Vella fl-għoti tal-Istitut Adelaide Cini lil Hospice Malta

  • . Il-messaġġ tal-Arċisqof Charles J. Scicluna.
  • Eċċ. President tar-Repubblika, Mrs Vella, għażiża Marija – ippermettili ngħidlek hekk. L-ewwel nett grazzi ħafna tal-kliem entużjażmanti tiegħek u anke tal-kliem ta’ gratitudni tiegħek.

    Dan hu dover tal-Knisja f’Malta. L-ewwel dover hu li l-propjetà li ġiet fdata f’idejha tintuża bl-aħjar mod u l-aħjar mod kif tuża l-propjetà huwa għall-ġid komuni. It-tieni għaliex faċli titkellem dwar is-sostenn u l-promozzjoni tal-ħajja mill-bidu tagħha fit-tnissil sat-tmiem naturali tagħha, imma l-kliem irid jiġi mirfud mill-fatti…

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 4 ta’ Ottubru

  • Qari tal-jum
  • L-Ewwel Qari: Bar 1, 15-22
    Salm: 78 (79), 1-2.3-5.8.9

    L-Evanġelju: Lq 10, 13-16

  • F’dak iż-żmien, Ġesù qal: “Ħażin għalik, Korożajn! Ħażin għalik, Betsajda! Għax kieku l-mirakli li saru fikom saru f’Tir u Sidon, kieku ilhom li nidmu u libsu l-ixkejjer u qagħdu fuq ir-rmied. Imma l-ġudizzju għad ikun eħfef għal Tir u Sidon milli għalikom…

  • Kompli aqra »

Baġit 2020: Naħsbu fil-ġid komuni fit-tul

Il-proposti tal-Kummissjoni Ġustizzja u Paċi

  • B’rabta mad‑dokument ta’ qabel il‑Baġit 2020 ‘Sustaining Inclusive Growth’, il‑Kummissjoni Djoċesana Ġustizzja u Paċi laqgħet l‑istedina għall‑konsultazzjoni u għaldaqstant ħejjiet numru ta’ osservazzjonijiet u rakkomandazzjonijiet li qed tippreżenta għal konsiderazzjoni. Ir‑rakkomandazzjonijiet tqassmu fi tliet gruppi li jirriflettu tlieta mill‑miri għall‑iżvilupp sostenibbli tan‑Nazzjonijiet Magħquda għall‑2030 (Sustainable Development Goals ‑ SDGs) tan‑Nazzjonijiet Magħquda. Ta’ min wieħed jinnota li dawn ir‑rakkomandazzjonijiet tfasslu wara eżerċizzju ta’ konsultazzjoni ma’ numru ta’ organizzazzjonijiet li jaħdmu b’mod kontinwu ma’ gruppi differenti fis‑soċjetà fi ħdan il‑Knisja f’Malta…

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 3 ta’ Ottubru

  • Qari tal-jum
  • L-Ewwel Qari: Neħ 8, 1-4a. 5-6. 7b-12
    Salm: 18 (19), 8.9.10.11

    L-Evanġelju: Lq 10, 1-12

  • F’dak iż-żmien, il-Mulej għażel tnejn u sebgħin oħra u bagħathom tnejn tnejn qablu f’kull belt u post fejn kien se jmur hu. U qalilhom: “Il-ħsad huwa kbir, imma l-ħaddiema ftit. Itolbu mela lil Sid il-ħsad biex jibgħat ħaddiema għall-ħsad tiegħu…

  • Kompli aqra »

Is-setgħa fuq ħaddieħor hi responsabbiltà – L-Arċisqof f’Jum l-Armata

Quddiesa għall-membri tal-Forzi Armati ta' Malta f’Jum l-Armata

  • L-omelija tal-Arċisqof Charles J. Scicluna
  • Il-Konkatidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta
    2 ta’ Ottubru 2019

    L-ewwel żewġ lezzjonijiet jipprovdulna deskrizzjoni pjuttost dettaljata tal-armatura li kienet tintuża meta nkiteb il-Ktieb ta’ Samwel, fil-każ tal-Ewwel Qari, u meta nkitbet l-Ittra ta’ San Pawl lill-Efesin, qed ngħidu qisu 400 sena wara…

  • Kompli aqra »

Stqarrija mill-Kurja Arċiveskovili dwar l-Isqof ta’ Għawdex Mario Grech

  • L-Arċisqof Charles J. Scicluna u l-Isqof Awżiljajru Joseph Galea-Curmi jifirħu lill-Isqof ta’ Għawdex Mario Grech għall-ħatra tiegħu mill-Q.T. il-Papa Franġisku, bħala Prosegretarju Ġenerali tas-Sinodu tal-Isqfijiet. Huma jirringrazzjaw mill-qalb lill-Isqof Grech għall-ħidma tiegħu tul dawn l-aħħar 14-il sena, kemm bħala ragħaj tad-Djoċesi ta’ Għawdex kif ukoll bħala kollaboratur ewlieni fil-Konferenza Episkopali Maltija.

    L-Arċisqof Scicluna u l-Isqof Galea-Curmi jwiegħdu t-talb tagħhom u tal-Knisja f’Malta għall-Isqof Mario Grech u għad-Djoċesi ta’ Għawdex…

  • Kompli aqra »

Il-media tal-Knisja bħala strument ta’ tama, ċiviltà u mħabba – L-Arċisqof

L-Arċisqof jinawgura n-New media Centre minn fejn joperaw 103FM u newsbook.com.mt

  • Il-Ġimgħa 27 ta’ Settembru l-Arċisqof Charles J. Scicluna bierek u inawgura n-New media Centre, fil-Blata l-Bajda, il-bini minn fejn isir ix-xogħol tal-media tal-Knisja, inkluż l-istazzjon tar-radju ‘103’ u newsbook.com.mt.

    L-Arċisqof żar l-istudios fejn seta’ jara x-xogħol ta’ rinovar u l-investiment f’tagħmir ġdid, kif ukoll iltaqa’ mal-impjegati li jaħdmu fir-radju u fil-portal tal-aħbarijiet.

    Il-messaġġ tal-Arċisqof

    “Il-kuntest huwa kompetittiv ħafna u jiena naħseb l-għażla li għamilna hija wkoll għażla ta’ tama, f’kuntest ta’ sfidi, jiġifieri jiena nixtieq li nagħmel kuraġġ lil kulħadd u nagħmlu ħilitna biex il-media tal-Knisja, imma b’mod speċjali l-103 u anke Newsbook ikunu strument ta’ tama u strument taċ-ċiviltà, tal-imħabba u lingwaġġ li jkellem lil kulħadd.”


  • Ritratti: knisja.mt/ritratti

  • Kompli aqra »