Yearly Archives: 2019

Ħinijiet tax-xitwa għall-Uffiċċju Żwiġijiet

  • Il‑Kurja tal‑Arċisqof tixtieq tavża li mil-lum l-Erbgħa, 2 ta’ Ottubru, l‑Uffiċċju Żwiġijiet fil‑Kurja, il‑Furjana, ser ikun miftuħ f’dawn il‑ġranet u ħinijiet:

    It‑Tnejn, it‑Tlieta, l‑Erbgħa, il‑Ġimgħa u s‑Sibt bejn it‑8:00 a.m. u l-11:30 a.m. L‑Erbgħa bejn it‑3:00 p.m. u s‑6:00 p.m.

    Dawn il‑ġranet u ħinijiet japplikaw sal‑15 ta’ Ġunju 2020.

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 2 ta’ Ottubru

  • L-Anġli Kustodji Mqaddsa 
    Qari tal-jum
  • L-Ewwel Qari: Eżodu 23, 20-23a
    Salm: 90, 1-6.10-11

    L-Evanġelju: Mt 18, 1-5.10

  • F’dak iż-żmien: Resqu d-dixxpli lejn Ġesù u staqsewh: “Min hu l-akbar fis-Saltna tas-Smewwiet?” Hu sejjaħ lejh tfajjel ċkejken, qiegħdu f’nofshom, u qalilhom: “Tassew, ngħidilkom, li jekk intom ma terġgħux issiru bħat-tfal iż-żgħar, żgur li ma tidħlux fis-Saltna tas-Smewwiet…

  • Kompli aqra »

Il-memorja fiċ-ċentru tal-messaġġ tal-Papa għat-tema tal-Jum Dinji għall-Komunikazzjoni

  • “So that you can tell your son and grandson”. Life creates history. This is the theme chosen by Pope Francis for the 54th World Day of Social Communications, which will be celebrated on 24 May 2020, the Sunday before Pentecost. The theme of the annual Church observance is announced on 29 January (feast of the Archangels) and the message is published on 24 January (memorial of St Francis of Sales)…
  • Kompli aqra »

Live: Quddiesa f’Jum l-Armata

  • L-Erbgħa 2 ta’ Ottubru 2019, l-Arċisqof Charles J. Scicluna jiċċelebra Quddiesa għall-membri tal-Forzi Armati ta’ Malta f’Jum l-Armata. Il-Quddiesa ser issir fil-Konkatidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta,
    fl-10:30am. 
  • Kompli aqra »

Qalb miftuħa u azzjoni f’waqtha – L-Isqof Awżiljarju

Quddiesa fl-okkażjoni tal-50 sena anniversarju ta' erba' Sorijiet tal-Karità

  • L-omelija tal-Isqof Awżiljarju Joseph Galea-Curmi
  • Il-Knisja tal-Erwieħ, Ħal Tarxien
    29 ta’ Settembru 2019

    Kieku f’din l-istorja ta’ Lazzru l-fqir ifittex il-frak li jaqa’ mill-mejda tal-għani li kien jiffanga fl-ikel, kien hemm fil-viċin is-sorijiet tal-Karità, ma naħsibx li lil Lazzru kienu jħalluh hemmhekk għal ħin twil. Kienu jieħdu azzjoni ta’ tip jew ieħor, għax dik hi l-kariżma tagħhom li mexxiethom tul is-snin…

  • Kompli aqra »

L-imħallef irid jagħraf ukoll il-fraġilità tal-bniedem – L-Arċisqof

Quddiesa fil-Ftuħ tas-Sena Forensi 2019-2020

  • L-omelija tal-Arċisqof Charles J. Scicluna
  • L-Oratorju tal-Konkatidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta
    1 ta’ Ottubru, 2019

    Persważ li għandi l-pjaċir u l-unur li nkun quddiem imħallfin, apparti l-Kap tal-Istat u l-Ministru tar-Repubblika, il-Ministru tal-Ġustizzja li mhux bħall-imħallef li jitkellem fuqu Ġesù, ma jimpurtah la minn Alla u lanqas minn ħadd…

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 1 ta’ Ottubru

  • Qari tal-jum
  • L-Ewwel Qari: Żak 8, 20-23
    Salm: 86 (87), 1-3.4-5.6-7

    L-Evanġelju: Lq 9, 51-56

  • Meta qorob għalih iż-żmien li fih kellu jittieħed mid-dinja, Ġesù b’rieda sħiħa dar u telaq lejn Ġerusalemm. U bagħat xi messaġġiera qablu li, huma u sejrin, daħlu f’raħal tas-Samarija biex iħejjulu fejn joqgħod. Iżda hemmhekk ma laqgħuhx, billi hu kien sejjer Ġerusalemm…

  • Kompli aqra »

Imġedded il-ftehim mal-Gvern għal servizzi residenzjali fid-djar tal-Knisja għall-anzjani

  • L-iffirmar ta’ tiġdid ta’ ftehim bejn l-Arċidjoċesi ta’ Malta u s-Segretarjat Parlamentari għal Persuni b’Diżabilità u Anzjanità Attiva, biex jiġu pprovduti servizzi residenzjali għall-anzjani fid-Djar tal-Knisja. Dan il-ftehim għall-perjodu ta’ tliet snin jistabbilixxi x-xiri ta’ 181 sodda, li minnhom 167 sodda ser jintużaw għal kura residenzjali fit-tul, filwaqt li 14-il sodda ser jintuzaw għal servizzi ta’ respite għal anzjani b’dipendenza għolja u medja…

  • Kompli aqra »

Live: Quddiesa fil-Ftuħ tas-Sena Forensi 2019

  • It-Tlieta, l-1 ta’ Ottubru 2019, l-Arċisqof Charles J. Scicluna jiċċelebra Quddiesa għall-membri tal-ġudikatura fil-ftuħ tas-Sena Forensi 2019-2020. Il-Quddiesa ser issir fl-Oratorju tal-Konkatidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta, fid-9am. 
  • Kompli aqra »

Ċelebrazzjonijiet liturġiċi mmexxija mill-Arċisqof Charles J. Scicluna f’Ottubru 2019

  • It-Tlieta, 1 ta’ Ottubru, fid‑9:00 a.m., l‑Arċisqof Charles J. Scicluna jiċċelebra Quddiesa fil‑ftuħ tas‑Sena Forensi, fl‑Oratorju tal‑Konkatidral ta’ San Ġwann, il‑Belt Valletta. Il‑Quddiesa ser tixxandar live fuq il‑Youtube Channel tal‑Knisja f’Malta.

    L-Erbgħa 2 ta’ Ottubru, fl-10:30 a.m., Monsinjur Arċisqof jiċċelebra Quddiesa f’Jum l-Armata, fil-Konkatidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta. Il‑Quddiesa ser tixxandar live fuq il‑Youtube Channel tal‑Knisja f’Malta

  • Kompli aqra »