Yearly Archives: 2019

Importanti nfakkru u nbierku l-inizjattiva tal-lajċi fil-komunitajiet tagħna – L-Arċisqof

Quddiesa fil-festa ta' San Mikiel Arkanġlu fl-okkażjoni taċ-ċerimonja tal-għoti tal-Istitut Adelaide Cini lil Hospice Malta għat-twaqqif ta' St Michael Hospice.

  • L-omelija tal-Arċisqof Charles J. Scicluna
  • Il-Kappella tas-Sagra Familja, fl-Istitut Adelaide Cini, Sta Venera
    29 ta’ Settembru 2019

    Dejjem laqatni l-fatt li Ġesù meta jirrakkonta din il-parabbola, li għandha żewġ protagonisti, wieħed minnhom iħallih bla isem – l-għani – imma lill-fqir jagħtih l-isem tal-ikbar ħabib li kellu – ta’ Lazzru li mbagħad kellu wkoll iqajmu mill-imwiet…

  • Kompli aqra »

Il-Papa se jikkonsagra lil Mons. Antoine Camilleri u lil tlieta oħra bħala isqfijiet fl-4 ta’ Ottubru

  • Pope Francis will consecrate four bishops on October 4, 2019, at a Mass at 5 pm in St. Peter’s Basilica: three apostolic nuncios – two Italians and a Maltese – and the Czech Undersecretary of the Migration and Refugees Section of the Dicastery for the service of integral human development.

    They are:

    – Mgr. Michael Czerny, of the Company of Jesus, 73, from Brno, Czech Republic…

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 30 ta’ Settembru

  • Qari tal-jum
  • L-Ewwel Qari: Żak 8, 1-8
    Salm: 101 (102), 16-18.19-21.29 u 22-23

    L-Evanġelju: Lq 9, 46-50

  • F’dak iż-żmien, qamet kwistjoni bejn id-dixxipli dwar min kien l-akbar fosthom. Ġesù għaraf x’kellhom f’moħħhom, u ressaq tifel żgħir lejh, qiegħdu maġenbu, u qalilhom: “Min jilqa’ lil dan it-tifel żgħir minħabba f’ismi, ikun jilqa’ lili; u min jilqa’ lili, ikun jilqa’ lil dak li bagħatni…

  • Kompli aqra »

L-ebda persuna m’għandha tispiċċa fl-iskart tal-istorja – L-Isqof Joseph Galea-Curmi

Quddiesa fl-okkażjoni ta' Jum il-Migranti u r-Refuġjati

  • L-omelija tal-Isqof Awżiljarju Joseph Galea-Curmi
  • Il-Knisja tas-Salib Imqaddes tal-Kappuċċini, il-Furjana
    Il-Ħadd 29 ta’ Settembru, 2019

    Qalb il-ħidma vasta tal-Knisja f’Malta għar-rispett lejn id-dinjità tal-bniedem sħiħ, żgur li tolqtok il-ħidma li ssir mal-migranti u r-refuġjati. Hija ħidma li ilha s-snin u li bdiet l-ewwel nett permezz tal-Kummissjoni Emigranti, ħidma ħafna drabi fis-skiet u fil-kwiet imma b’mod effettiv…

  • Kompli aqra »

Il-Knisja tgħaddi propjetà tagħha lil Hospice Malta

Se jinbdew ix-xogħlijiet fuq il-kumpless ta’ kura St Michael Hospice

  • L‑Arċisqof Charles J. Scicluna għadda formalment il‑bini u l‑art tal‑knisja magħrufa bħala l‑Istitut Adelaide Cini f’Sta Venera liċ‑Chairperson ta’ Hospice Malta, Maria Gatt, biex jitwaqqaf St Michael’s Hospice, l‑ewwel kumpless state‑of‑the‑art li se jipprovdi kura paljattiva komprensiva.

    Iċ‑ċerimonja nżammet fil‑festa tal‑Arkanġlu San Mikiel, nhar il‑Ħadd 29 ta’ Settembru, fl‑istess bini li se jilqa’ l‑ewwel pazjenti fi żmien sentejn, wara li jkun sar ix‑xogħol meħtieġ ta’ rinovazzjoni…

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-Ħadd: 29 ta’ Settembru

  • Is-Sitta u Għoxrin Ħadd taż-Żmien ta’ Matul is-Sena
    Qari tal-jum
  • L-Ewwel Qari: Għam 6, 1a. 4-7
    Salm: 145 (146), 7.8-9a.9bċ-10
    It-Tieni Qari: 1 Tim 6, 11-16

    L-Evanġelju: Lq 16, 19-31

  • F’dak iż-żmien, Ġesù qal lill-fariżej: “Mela kien hemm raġel għani, jilbes il-porpra u għażel mill-ifjen; l-hena tiegħu kien li kuljum jagħmel ikla mill-aħjar…

  • Kompli aqra »

Live: Ċerimonja tal-għoti tal-Istitut Adelaide Cini lil Hospice Malta

  • L-Arċisqof Charles J. Scicluna jgħaddi formalment l-Istitut Adelaide Cini f’Sta Venera lil Hospice Malta, għat-twaqqif ta’ kumpless ta’ kura paljattiva bl-isem ta’ St Michael Hospice. Iċ-ċerimonja tibda
    fl-10:30 a.m.
  • L-Arċisqof Charles J. Scicluna jiċċelebra Quddiesa fil-festa ta’ San Mikiel Arkanġlu, fl-Istitut Adelaide Cini, Sta Venera. Il-Quddiesa tibda fil-11:00 a.m.
  • Kompli aqra »

Il-Palazz tal-Arċisqof jiftaħ il-bibien tiegħu għal Notte Bianca

  • Il‑Palazz tal‑Arċisqof fil‑Belt Valletta ser jerġa’ jiftaħ il‑bibien tiegħu waqt Notte Bianca 2019, nhar is-Sibt 5 ta’ Ottubru. Dakinhar, il‑viżitaturi jistgħu jżuru bosta kmamar fil‑palazz fosthom il‑piano nobile li jinkludi s‑sala tat‑tron, il‑biblijoteka storika tas‑seklu 18 u l‑ġnien bis‑siġar taċ‑ċitru. Il-Palazz jinsab fin-naħa t’isfel ta’ Triq l-Arċisqof qrib Misraħ l-Indipendenza.

    Għall‑okkażjoni ser tittella’ wirja ta’ dokumenti dwar l‑istorja tal‑bini nnifsu…

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 28 ta’ Settembru

  • Qari tal-jum
  • L-Ewwel Qari: Żak 2, 5-9.14-15a
    Salm: Ġer 31, 10.11-12ab.13

    L-Evanġelju: Lq 9, 43b-45

  • F’dak iż-żmien, waqt li kulħadd kien imnixxef bil-għaġeb quddiem dan il-kobor liema bħalu ta’ Alla, Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu: “Iftħu widnejkom sewwa għal dawn il-kelmiet: Bin il-bniedem għandu jkun mogħti f’idejn il-bnedmin”.

    Iżda huma ma fehmuhx dan il-kliem, u baqa’ mistur għalihom hekk li ma qabdu xejn minnu, u beżgħu jistaqsuh dwar dak li kien qal…

  • Kompli aqra »