Yearly Archives: 2019

L-Evanġelju tal-jum: 16 ta’ Mejju

  • Qari tal-jum
  • L-Ewwel Qari: Atti 13, 13-25
    Salm: 88 (89), 2-3.21-22.25 u 27

    L-Evanġelju: Ġw 13, 16-20

  • Wara li ħaslilhom saqajhom, Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu: “Tassew tassew ngħidilkom, l-ilsir mhuwiex aqwa minn sidu, anqas il-messaġġier ma hu aqwa minn min jibagħtu. Jekk dawn il-ħwejjeġ tafuhom, henjin intom jekk tagħmluhom.

    Jien m’iniex ngħid għalikom ilkoll, għax jien naf x’nies għażilt, imma għandha sseħħ l-Iskrittura li tgħid: “Min kiel il-ħobż miegħi, tani bis-sieq”…

  • Kompli aqra »

It-talba tal-Missierna tikkonfronta kull tip ta’ ħażen

  • “Christian prayer does not close its eyes on life,” said Pope Francis. “It is a filial prayer, not an infantile one.”

    The Holy Father made those remarks in the catechesis portion of his weekly General Audience.

    Reflecting on the final petition of the Lord’s prayer, he said Jesus invites us to ask God to “deliver us from evil” because “life is fraught with difficulty.”

    “If these last lines of the Our Father were excluded, how could sinners, the persecuted, and desperate and dying souls pray?” he asked…

  • Kompli aqra »

Il-President ta’ Malta jżur id-Dar tal-Providenza

  • Il-President ta’ Malta Dr George Vella akkumpanjat mis-Sinjura Vella, għamel l-ewwel żjara uffiċjali tiegħu fid-Dar tal-Providenza. F’diskors lir-residenti u ħaddiema qal li fid-Dar tal-Providenza jara miraklu ħaj li jiġġedded kuljum. Huwa żied jgħid li spiċċa ż-żmien meta persuna b’diżabilità kienet tiġi mwarrba jew ma tingħatax l-attenzjoni li ħaqqha. Din hija xi ħaġa li tirrifletti l-iżvilupp tas-soċjetà tagħna fejn il-persuni b’diżabilità jieħdu dak li hu tagħhom bi dritt u mhux b’karità.  Il-President qal li din hija xi ħaġa li verament tgħolli d-dinjità tal-bniedem għax kull bniedem, anke jekk għandu xi nuqqasijiet, huwa xbieha ta’ Alla u jistħoqqlu r-rispett ta’ kulħadd.  Dr Vella temm billi rringrazzja lill-ħaddiema u l-voluntiera kollha għad-dover u x-xogħol li qed jagħmlu f’isem is-soċjetà…

  • Kompli aqra »

Il-kunċert tal-Arċisqof għall-karità

  • L-Arċidjoċesi ta’ Malta qed torganizza l-ewwel edizzjoni ta’ ‘The Archbishop’s Charity Concert’ li se jsir nhar il-Ħadd 19 ta’ Mejju fis-7pm, fil-Katidral ta’ San Pawl, l-Imdina.

    F’dan il-kunċert klassiku se jieħdu sehem il-Venere Harp Trio flimkien mal-kitarrista u kantanta Fiona Cauchi, li se jinterpretaw mużika sagra ta’ kull żmien.
    Il-pubbliku ġenerali huwa mistieden jattendi. Id-dħul għall-kunċert huwa b’xejn u l-qligħ mid-donazzjonijiet fil-bieb se jmur b’risq il-Fond tal-Karità tal-Arċisqof li jgħin lill-familji u lill-persuni fil-bżonn…

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 15 ta’ Mejju

  • Qari tal-jum
  • L-Ewwel Qari: Atti 12, 24 – 13, 5a
    Salm: 66 (67), 2-3.5.6 u 8

    L-Evanġelju: Ġw 12, 44-50

  • F’dak iż-żmien, Ġesù għolla leħnu u qal: “Min jemmen fija jkun qiegħed jemmen mhux fija imma f’min bagħatni; u min jara lili jkun qiegħed jara lil min bagħatni. Jiena huwa d-dawl li ġejt fid-dinja biex kull min jemmen fija ma jibqax fid-dlam…

  • Kompli aqra »

Inawgurazzjoni tal-faċilitajiet sportivi tal-Iskola St Dorothy’s

  • Message by Auxiliary Bishop Joseph Galea-Curmi

  • St Dorothy’s School, Ħaż-Żebbuġ

    13th May 2019

    I’m very happy to be here today for the inauguration of the sports track. It’s so encouraging to see the tremendous development of school facilities, providing students with the resources and the environment that can promote their physical health…

  • Kompli aqra »

23 akkademiku jipparteċipaw fir-raba’ konferenza internazzjonali tal-Fakultà tat-Teoloġija

  • The Faculty of Theology within the University of Malta organised a two-day international conference on “Reconsidering Transcendence. Between Presence and Absence” held between the 10th and 11th May 2019.

    Professor Yvonne Dohna Schlobitten from the Pontifical Gregorian University in Rome delivered the opening lecture while Professor Gianluigi Pasquale from the Pontifical Lateran University in Rome gave a keynote lecture on the second day of the conference…

  • Kompli aqra »

“Frott imbierek tal-ġuf tiegħek” – Omelija tal-Isqof Awżijarju

  • L-omelija tal-Isqof Awżiljarju Joseph Galea-Curmi

  • Il-Kappella tal-Madonna tal-Mirakli, Ħal Lija

    11 ta’ Mejju 2019

    “Urina…lil Ġesù, frott imbierek tal-ġuf tiegħek.” Hi din it-talba li nagħmlu lill-Madonna fis-Salve Regina. Hi din it-talba li tiġini f’moħħi meta nħares lejn din il-pittura sabiħa tal-Madonna tal-Mirakli.

    Hekk qed tagħmel Marija: qed turina lil Ġesù, il-frott imbierek tal-ġuf tagħha…

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 14 ta’ Mejju

  • San Mattija, Appostlu – Festa
    Qari tal-jum
  • L-Ewwel Qari: Atti 1: 15-17. 20-26
    Salm: 112, 1-8

    L-Evanġelju: Ġw 15:9-17

  • F’dak iż-żmien: Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu: “Kif ħabbni Missieri, hekk ħabbejtkom jiena. Ibqgħu fl-imħabba tiegħi. Jekk tħarsu l-kmandamenti tiegħi, intom tibqgħu fi mħabbti, kif jien ħarist il-kmandamenti ta’ Missieri u qiegħed fi mħabbtu…

  • Kompli aqra »