Yearly Archives: 2019

Il-parir tal-Arċisqof lill-kappillan il-ġdid ta’ Ħ’Attard

  • L-omelija tal-Arċisqof Charles J. Scicluna

  • Il-Knisja Parrokkjali, Ħ’Attard

    5 ta’ Mejju 2019

    Għażiż Fr Joe, għażiż kappillan, illum Ġesù jissokta jgħidlek: “Ejja warajja” (Ġw 21:19). Tajjeb tiftakar fl-ewwel sejħat li l-Mulej għamillek ftit taż-żmien ilu. Ftakar kemm-il darba minħabba l-wegħda tal-ubbidjenza, kellek tgħidlu iva u dejjem b’xi avventura ġdida.

    Illum qed jafdalek komunità kbira, realtà mżewqa li teħtieġ ragħaj fuq tradizzjoni qawwija ta’ ragħajja tajba li din il-lokalità ta’ Ħ’Attard kellha sa minn dejjem…

  • Kompli aqra »

32 anniversarju mill-mewt ta’ Dun Mikiel Azzopardi

  • Fil-kappella tad-Dar tal-Providenza saret ċelebrazzjoni ewkaristika biex jitfakkar it-32 anniversarju mill-mewt ta’ Mons Mikiel Azzopardi, li waqqaf id-Dar fl-1965. Għal din il-Quddiesa attendew għadd ta’ membri tal-Azzjoni Kattolika Maltija (AKM), residenti u ħbieb tad-Dar tal-Providenza. Dun Mikiel, kif kien magħruf l-aktar, twieled fil-Belt Valletta fl-10 ta’ Frar 1910 u miet fit-13 ta’ Mejju 1987.

    Iċ-ċelebrazzjoni tmexxiet minn Fr Martin Micallef, Direttur tad-Dar tal-Providenza flimkien ma’ Fr Reuben Gauci, Assistent Ekkleżjastiku taż-ŻAK (Żgħażagħ Azzjoni Kattolika)…

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 13 ta’ Mejju

  • Qari tal-jum
  • L-Ewwel Qari: Atti 11, 1-18
    Salm: 41 (42), 2-3; 42 (43), 3.4

    L-Evanġelju: Ġw 10, 1-10

  • F’dak iż-żmien, Ġesù qal: “Tassew tassew ngħidilkom, min ma jidħolx fil-maqjel tan-nagħaġ mill-bieb imma jaqbeż ġewwa minn naħa oħra, dak hu ħalliel u brigant. Imma min jidħol mill-bieb hu r-ragħaj tan-nagħaġ. Min ikun mal-bieb lilu jiftaħ, in-nagħaġ minn leħnu jisimgħu, u hu jsejjaħ in-nagħaġ tiegħu waħda waħda b’isimhom u joħroġhom barra…

  • Kompli aqra »

Inwegħedkom il-ferħ tal-Ispirtu s-Santu – L-Arċisqof lid-djakni l-ġodda

L-ordinazzjoni djakonali ta' ħames seminaristi: Osmar Baldacchino, David Borg, Christopher Bugeja, Jonathan Debattista u Tony Pace.

  • L-omelija tal-Arċisqof Charles J. Scicluna
  • Il-Konkatidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta
    12 ta’ Mejju 2019

    Intom ċapċaptu bil-qalb, imma għaliex? Għaliex aħna qegħdin nilqgħu rigal kbir li qed jagħtina l-Mulej: ħamest irġiel, uħud iżgħar mill-oħrajn, li qed jagħtu ħajjithom b’servizz totali lil Alla u li jridu jidħlu fl-avventura li jkunu ragħajja tal-poplu qaddis tal-Mulej…

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-Ħadd: 12 ta’ Mejju

  • Ir-Raba’ Ħadd tal-Għid
    Qari tal-jum
  • L-Ewwel Qari: Atti 13, 14. 43-52
    Salm: 99 (100), 2.3.5
    It-Tieni Qari: Apok 7, 9.14b-17

    L-Evanġelju: Ġw 10, 27-30

  • F’dak iż-żmien, Ġesù qal: “In-nagħaġ tiegħi jisimgħu leħni, u jiena nagħrafhom, u huma jimxu warajja. U jiena nagħtihom il-ħajja ta’ dejjem; u huma ma jintilfu qatt, u minn idejja ma jaħtafhomli ħadd…

  • Kompli aqra »

Live: L-Ordinazzjoni Djakonali ta’ ħames seminaristi

  • Il-Ħadd, 12 ta’ Mejju 2019, l-Arċisqof Charles J. Scicluna ser jiċċelebra l-Ordinazzjoni Djakonali li fiha ħames seminaristi jiġu ordati djakni, fil-Konkatidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta. Iċ-ċelebrazzjoni ser tibda fid-9:00am.

    Il-ħames seminaristi li ser jiġu ordnati djakni mill‑Arċisqof Charles J. Scicluna huma:

    Osmar Baldacchino mill‑Parroċċa ta’ San Nikola, is‑Siġġiewi, David Borg mill‑Parroċċa tal‑Madonna tal‑Grazzja, Ħaż‑Żabbar, Christopher Bugeja mill‑Parroċċa ta’ San Pawl, ir‑Rabat, Jonathan Debattista mill‑Parroċċa ta’ Marija Annunzjata, Ħal Tarxien, Tony Pace mill‑Parroċċa tal‑Konverżjoni ta’ San Pawl, Ħal Safi. 

  • Kompli aqra »

Artisti li jemmnu fil-ħidma ta’ Caritas Malta – L-Isqof Galea-Curmi

L-inawgurazzjoni tal-esebizzjoni tal-arti fl-okkażjoni tal-50 sena ta' Caritas Malta

  • Il-messaġġ tal-Isqof Awżiljarju Joseph Galea-Curmi

  • Il-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

    10 ta’ Mejju 2019

    Hu pjaċir tiegħi li nkun magħkom għal din il-wirja li hija t-13-il edizzjoni minn meta Caritas Malta organizzat l-ewwel waħda madwar 15-il sena ilu. Hi wirja li tesprimi l-ġmiel u wieħed mill-iskopijiet tal-Knisja f’Malta hu sewwasew li tippromwovi l-ġmiel…

  • Kompli aqra »

L-impjegati tas-Segretarjat għall-Edukazzjoni Nisranija jqattgħu ġurnata mal-anzjani f’Casa Leone

  • More than 90 employees within the Secretariat for Catholic Education of the Archdiocese of Malta attended a team-building day at Casa Leone organised and coordinated by Nicolette Scerri, the Church Homes for the Elderly Activity Coordinator.

    Last year, the Secretariat organised their team-building day at this home as well. These annual events form part of the Secretariat’s corporate social responsibility…

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 11 ta’ Mejju

  • Qari tal-jum
  • L-Ewwel Qari: Atti 9, 31-42
    Salm: 115 (116), 12-13.14-15.16-17

    L-Evanġelju: Ġw 6, 60-69

  • F’dak iż-żmien, ħafna dixxipli ta’ Ġesù, meta semgħuh jitkellem fuq il-ħobż tal-ħajja qalu: “Iebes dan il-kliem! Min jiflaħ jisimgħu?”. Ġesù ntebaħ waħdu li d-dixxipli tiegħu kienu qegħdin igergru fuq hekk, u qalilhom: “Dan il-kliem qiegħed ifixkilkom? …

  • Kompli aqra »