Yearly Archives: 2019

Greta

  • ***

    Direttur:          Neil Jordan

    Atturi:              Isabelle Huppert, Chloè Grace Moretz, Maika Monroe, Colm Feore, Stephen Rea, Zawe Ashton, Graeme Thomas King, Parker Sawyers u Jeff Hiller

    Ħin tal-Film:    98 min

    Maħruġ minn KRS Releasing Ltd

    KLASSIFIKA TAĊ-ĊENSURA:                 15

    KLASSIFIKA TAL-KNISJA:                      18       

    Frances McCullen, tfajla Amerikana, taħdem bħala waitress u tgħix ħajja trankwilla f’appartament ma’ Erica Penn, ħabibtha ġewwa New York…

  • Kompli aqra »

Red Joan

  • ***

    Direttur:          Trevor Nunn

    Atturi:              Judi Dench, Sophie Cookson, Tom Hughes, Tereza Srbova, Laurence Spellman, Robin Soans, Kevin Fuller, Simon Ludders u Cuaràn Owens

    Ħin tal-Film:    101 min

    Maħruġ minn KRS Releasing Ltd

    KLASSIFKA TAĊ-ĊENSURA:                  12A

    KLASSIFIKA TAL-KNISJA:                      12

    F’għodwa fis-sena 2000, Joan Stanley, anżjana ta’ 87 sena, issib ma’ wiċċha numru ta’ uffiċjali  tal-British Secret Service (M15) li ġew biex jarrestawha fuq akkuża serja ta’ tradiment tal-pajjiż…

  • Kompli aqra »

Supplika lill-Madonna ta’ Pompej

  • O Kbira Sultana tal-vittorji, O Verġni l-aktar għolja fis-sema, għall-isem qawwi tiegħek jifirħu s-smewwiet, jitriegħed l-infern; O Sultana glorjuża tar-Rużarju mqaddes, aħna, uliedek ixxurtjati li inti għażilt biex iwaqqfulek tron f’Pompej, ninxteħtu għarkopptejna f’riġlejk f’dan il-jum ta’ festa kbira li jfakkarna fit-tqegħid tal-ewwel ġebla tas-santwarju tiegħek, jum li fih bdew it-trijonfi tiegħek fuq l-art li dari kienet art l-allat foloz u d-demonji; id-dmugħ ta’ għajnejna jurik l-imħabba li qiegħda tixgħel fi qlubna, b’kunfidenza ta’ wlied nuruk il-faqar tagħna…

  • Kompli aqra »

Artisti Maltin jingħaqdu biex jgħinu lil Caritas Malta

  • Din il-ġimgħa fil-Kurja tal-Arċisqof fil-Furjana se tittella’ t-13-il edizzjoni tal-wirja tal-arti li minn sena għal sena ttella’ Caritas Malta. Fl-isfond tal-50 sena mit-twaqqif tta’ Caritas Malta, ġew avviċinati numru kbir ta’ artisti biex jikkommemoraw dan l-anniversarju.

    Il-wirja ta’ artisti rinomati u oħrajn, se tinkludi xogħlijiet versatili li jvarjaw minn kwadri taż-żejt, akkwarelli, inka u pastell, għal skulturi tal-bronż, taċ-ċeramika u tat-terracotta…

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 8 ta’ Mejju

  • Qari tal-jum
  • L-Ewwel Qari: Atti 8, 1b-8
    Salm: 65 (66), 1-3a. 4-5. 6-7a

    L-Evanġelju: Ġw 6, 35-40

  • F’dak iż-żmien, Ġesù qal lin-nies: “Jiena hu l-ħobż tal-ħajja. Min jiġi għandi ma jieħdu qatt il-ġuħ, u min jemmen fija ma jkun qatt bil-għatx! Imma jiena ġa għedtilkom li, għalkemm rajtuni, ma emmintux.

    Dawk kollha li jagħtini Missieri jiġu għandi, u min jiġi għandi ma nkeċċihx ’il barra; għax jiena nżilt mis-sema mhux biex nagħmel ir-rieda tiegħi, imma r-rieda ta’ min bagħatni…

  • Kompli aqra »

Ħames seminaristi se jiġu ordnati djakni

  • Ħames seminaristi ser jiġu ordnati djakni mill‑Arċisqof Charles J. Scicluna nhar il‑Ħadd, 12 ta’ Mejju 2019. Il-Quddiesa ser issir fil‑Konkatidral ta’ San Ġwann, il‑Belt Valletta, fid‑9:00 a.m. Il‑ħames seminaristi li ser jiġu ordnati djakni huma:

    • Osmar Baldacchino mill‑Parroċċa ta’ San Nikola, is‑Siġġiewi
    • David Borg mill‑Parroċċa tal‑Madonna tal‑Grazzja, Ħaż‑Żabbar
    • Christopher Bugeja mill‑Parroċċa ta’ San Pawl, ir‑Rabat
    • Jonathan Debattista mill‑Parroċċa ta’ Marija Annunzjata, Ħal Tarxien
    • Tony Pace mill‑Parroċċa tal‑Konverżjoni ta’ San Pawl, Ħal Safi

    Permezz tal‑ordinazzjoni, id‑djakni l‑ġodda jsiru xebh ma’ Ġesù Kristu li ried ikun ‘djaknu’, jiġifieri qaddej ta’ kulħadd…

  • Kompli aqra »

Il-Papa fil-Maċedonja ta’ Fuq: Rispett lejn id-dinjità tal-bniedem, diversità għal futur ta’ paċi u prosperità

  • Pope Francis and President Gjorge Ivanov of North Macedonia in Skopje.

  • In his first speech on North Macedonian soil on Tuesday, Pope Francis encouraged the West Balkan state in its effort to be a beacon of peace, acceptance and fruitful integration between cultures, religions and peoples.

    Cultural wealth

    Addressing the nation’s authorities, the diplomatic corps and representatives of civil society at the presidential palace in the capital, Skopje, the Pope described the land as a bridge between East and West and a meeting-point for numerous cultural currents…

  • Kompli aqra »

Ressqu l-merħla lejn il-Mulej bil-ħlewwa u l-umiltà – L-Arċisqof lis-saċerdoti l-ġodda

Quddiesa flimkien mal-erba' saċerdoti l-ġodda

  • L-omelija tal-Arċisqof Charles J. Scicluna

  • Is-Santwarju tal-Madonna, il-Mellieħa

    29 ta’ April 2019

    Din il-kelma li għadna kemm smajna tkun għalikom programm għal ħajjitkom. Meta jiġu l-mumenti ibsin ftakru dejjem li l-Mulej qiegħed jistendinkom biex tersqu lejh. “Ejjew għandi intom li intom imħabbtin u mtaqqlin, u jiena nserraħkom” (Mt 11:28).

    It-tentazzjoni fil-ministeru hija li meta nkunu għaddejjin minn mumenti diffiċli jew ta’ frustrazzjoni, ta’ għejja, ta’ rabja, ta’ diżappunt jew ta’ tentazzjoni, infittxu s-serħan tagħna fl-evażjoni, tkun xi tkun il-ħaġa…

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 7 ta’ Mejju

  • Qari tal-jum
  • L-Ewwel Qari: Atti 7, 51 – 8, 1a
    Salm: 30 (31), 3ċd-4. 6ab u 7b u 8a. 17 u 21ab

    L-Evanġelju: Ġw 6, 30-35

  • F’dak iż-żmien, in-nies staqsew lil Ġesù: “X’sinjal se tagħmel biex aħna narawh u nemmnuk? X’sejjer tagħmel? Missirijietna kielu l-manna fid-deżert, bħalma hemm miktub: “Tahom jieklu ħobż mis-sema”…

  • Kompli aqra »

Il-Papa fil-Bulgarija: Komunjoni fl-Ewkaristija

  • The homily was brief and to the point. But, most of all, it was addressed directly to the children who were there to receive their First Holy Communion: all 242 of them.

    Rakovsky is the most predominantly Catholic town in Bulgaria, and the children had come from every corner of what Pope Francis called this “Land of Roses”…

  • Kompli aqra »