Yearly Archives: 2019

Filmat: Mumenti mill-Ordinazzjoni Presbiterali 2019

  •  

  • Is-Sibt, 27 ta’ April 2019, l-Arċisqof Charles J. Scicluna ordna erba’ saċerdoti ġodda fl-Arċidjoċesi ta’ Malta. Dawn huma: Dun Peter Ellul mill‑Parroċċa ta’ San Pawl Nawfragu, il‑Belt Valletta, Dun Jean Gové mill‑Parroċċa ta’ Marija Mtellgħa s‑Sema, il‑Mosta, Dun Aayrton Ray Muscat mill‑Parroċċa ta’ Santa Luċija, l‑Imtarfa, u Dun Matthew Pulis mill‑Parroċċa tal‑Familja Mqaddsa, l‑Iklin.

    Agħfas hawn biex taqra l-omelija tal-Arċisqof…

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-Ħadd: 28 ta’ April

  • It-Tieni Ħadd tal-Għid/Ħadd tal-Ħniena Divina
    Qari tal-jum
  • L-Ewwel Qari: Atti 5, 12-16
    Salm: 117 (118), 2-4.22-24.25-27a
    It-Tieni Qari: Apok 1, 9-11a.12-13.17-19

    L-Evanġelju: Ġw 20, 19-31

  • Dakinhar filgħaxija, fl-ewwel jum tal-ġimgħa, meta d-dixxipli kienu flimkien imbeżżgħa mil-Lhud, bil-bibien magħluqa, ġie Ġesù u qagħad f’nofshom; u qalilhom: “Is-sliem għalikom!” Kif qal hekk, uriehom idejh u ġenbu…

  • Kompli aqra »

“Agħtu ħajjitkom biex il‑ferħ tagħkom fil‑Mulej ma jonqosx” – L-Arċisqof lill-erba’ saċerdoti ġodda

Quddiesa tal-Ordinazzjoni Presbiterali

  • 
  • L-omelija tal-Arċisqof Charles J. Scicluna

  • Il-Konkatidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta

    27 ta’ April 2019
  •  
    “Dan huwa l‑jum li għamel il‑Mulej, ħa nifirħu u nithennew fih! Hallelujah” (S 118:24).

    Għal dawn l‑aħħar ġranet, li fil‑liturġija tal‑Knisja huma bħal jum wieħed, irrepetejna l‑kliem tas‑Salm 118 vers 24…

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 27 ta’ April

  • Qari tal-jum
  • L-Ewwel Qari: Atti 4, 13-21
    Salm: 117 (118), 1 u 14-15.16ab-18.19-21

    L-Evanġelju: Mk 16, 9-15

  • Wara li qam mill-mewt filgħodu kmieni fl-ewwel jum tal-ġimgħa Ġesù deher l-ewwel lil Marija ta’ Magdala, li minnha kien keċċa seba’xjaten. Din marret tħabbar kollox lil sħabu, li kienu qalbhom sewda u jibku. Imma dawn, meta semgħuha tgħid li hu kien ħaj u li ratu, ma emmnuhiex…

  • Kompli aqra »

Knisja Ħajja

Stqarrija mill-Kummissjoni Dottrinali

  • Il‑Kummissjoni Dottrinali tal‑Konferenza Episkopali Maltija tixtieq tintroduċi ruħha lill‑Insara ta’ Malta u Għawdex, u lil kull bniedem ta’ rieda tajba.

    Il‑Kummissjoni tgħin lill‑Isqfijiet ta’ Malta u Għawdex biex ixandru u jħarsu tajjeb it‑tagħlim ġenwin tal‑fidi Kattolika. Il‑Kummissjoni ġġib ’il quddiem ir‑riflessjoni teoloġika fil‑gżejjer tagħna. Għal dan il‑għan, hija tikkollabora ma’ istituzzjonijiet akkademiċi lokali u barranin, u ma’ esperti oħra…

  • Kompli aqra »

Live: L-Ordinazzjoni Presbiterali ta’ erba’ saċerdoti ġodda

  • Is-Sibt, 27 ta’ April 2019, l-Arċisqof Charles J. Scicluna ser jiċċelebra l-Ordinazzjoni Presbiterali ta’ erba’ saċerdoti ġodda, fil-Konkatidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta. Iċ-ċelebrazzjoni ser tibda fid-9:30am.

    L‑erba’ djakni li ser jiġu ordnati saċerdoti mill‑Arċisqof Charles J. Scicluna huma:

    Peter Ellul mill‑Parroċċa ta’ San Pawl Nawfragu, il‑Belt Valletta, Jean Gové mill‑Parroċċa ta’ Marija Mtellgħa s‑Sema, il‑Mosta, Aayrton Ray Muscat mill‑Parroċċa ta’ Santa Luċija, l‑Imtarfa, Matthew Pulis mill‑Parroċċa tal‑Familja Mqaddsa, l‑Iklin…

  • Kompli aqra »

Il-Papa jistieden lill-persuni neqsin mis-smigħ sabiex jgħinu lil ħaddieħor “jisimgħu” leħen il-Mulej

  • The Italian Federation of Associations for the Deaf was founded in 1920. In the words of its original mission statement, it was created in order to “counter the isolation, marginalization, and humiliation of the hearing and speech impaired”.

    Inclusion and quality of life

    Pope Francis met with members of the Federation in the Vatican on Thursday and expanded that mission, saying the Federation is now dedicated to “tackling the culture of waste, and encouraging greater inclusion in all environments”…

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 26 ta’ April

  • Qari tal-jum
  • L-Ewwel Qari: Atti 4, 1-12
    Salm: 117 (118), 1-2 u 4.22-24.25-27a

    L-Evanġelju: Ġw 21, 1-14

  • F’dak iż-żmien, Ġesù raġa’ deher lid-dixxipli ħdejn il-baħar ta’ Tiberija. Dehrilhom hekk: Xmun Pietru, Tumas, li jgħidulu t-Tewmi, Natanjel minn Kana tal-Galilija, ulied Żebedew u tnejn oħra mid-dixxipli tiegħu kienu flimkien, u Xmun Pietru qalilhom: “Sejjer nistad”…

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 25 ta’ April

  • Qari tal-jum
  • L-Ewwel Qari: Atti 3, 11-26
    Salm: 8, 2a u 5.6-7.8-9

    L-Evanġelju: Lq 24, 35-48

  • F’dak iż-żmien, id-dixxipli ta’ Għemmaws kienu qegħdin itarrfu x’kien ġralhom fit-triq, u kif kienu għarfu lil Ġesù fil-qsim tal-ħobż. Kif kienu għadhom jitkellmu, Ġesù nnifsu waqaf f’nofshom u qalilhom: “Is-sliem għalikom!”. Huma twerwru bil-biża’ għax ħasbu li qegħdin jaraw xi fantażma…

  • Kompli aqra »