Tgħallmu mill-Mulej kif tkunu mexxejja li jirgħu l-poplu tiegħu – L-Arċisqof lill-kandidati għas-saċerdozju
Solennità tal-Epifanija fejn intlaqgħu żewġ seminaristi bħala kandidati għas-saċerdozju
05/01/2020 Il-Konkatidral ta' San Ġwann, il-Belt VallettaL-omelija tal-Arċisqof Charles J. Scicluna
Id-djaknu għadu kemm ħabbrilna l-jum qaddis tal-Għid li se niċċelebraw ftit tax-xhur oħra. Il-Knisja tħabbar il-ġurnata tal-Għid propju f’dan il-jum iddedikat lill-misteru kbir tal-Epifanija għaliex illum niċċelebraw lill-Mulej, dawl minn dawl, li jidher lill-ġnus permezz ta’ kewkba tiddi fid-dlamijiet.
Fil-lejl qaddis tal-Għid bix-xemgħat mixgħula mill-blandun qaddis, aħna niddikjaraw li Ġesù huwa dawl, id-dawl ta’ Kristu. U b’xi mod din il-festa ta’ dawl tħares lejn il-festa l-kbira fejn il-Knisja tbierek l-element tan-nar u tikkonsagrah bħala xbieha ħajja ta’ Kristu, dawl minn dawl, li fil-misteru tal-mewt u l-qawmien tiegħu mill-imwiet, għeleb id-dlamijiet tal-ħażen u tal-mibegħda u nissel fil-qalb ta’ kull wieħed u waħda minna dik ix-xrara tħeġġeġ tan-nar li jkebbes il-qalb imqaddsa tiegħu… Kompli aqra »