Arkivji mensili: Marzu 2020

Direttivi tal-Isqfijiet dwar il-funerali – 16/03/20

L-Arċisqof Charles J. Scicluna jirreferi għad-direttivi tat-12 ta’ Marzu li għadda u jfakkar li minħabba ċ-ċirkustanzi preżenti f’pajjiżna, il-funerali għandhom isiru b’dan il-mod:

Is-saċerdot jakkumpanja lill-mejjet/mejta mill-kamra mortwarja saċ-ċimiterju, fejn issir it-talba u t-tislima tal-aħħar li s-soltu ssir fil-knisja (Ħuti għeżież, ta’ Nsara li aħna nagħmlu dmirna…) u t-talba li s-soltu ssir fiċ-ċimiterju.

Filwaqt li kollox għandu jsir b’dinjità u b’sensibilità kbira, wieħed m’għandux itawwal iżżejjed… Kompli aqra »

Naħfru minn qalbna – L-Isqof Galea-Curmi

Quddiesa speċjali għall-familji ta' dawk li jaħdmu fil-qasam tas-saħħa

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa, il-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

L-Omelija tal-Isqof Awżiljarju Joseph Galea-Curmi

Meta Ġesù jsemmi n-numru 77, għall-mistoqsija ta’ Pietru xi kemm-il darba jrid jonqsu ħuh biex jaħfirlu, ma kienx qed isemmi dan in-numru bħala limitu – Pietru semma’ sebgħa u hu 77. Imma l-kelma 77 tfisser li għandek taħfer mingħajr limitu, li għandek taħfer dejjem.

Pietru fehem dan. Kien sema’ lil Ġesù jitkellem fuq il-maħfra u kemm il-maħfra hi importanti għal min ikun dixxiplu ta’ Ġesù… Kompli aqra »

Live: Quddiesa u Rużarju mill‑Kurja tal-Arċisqof – 17 ta’ Marzu 2020, 5:30pm

  Il-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek.
Ħeġġiġni bl-imħabba għalik biex f’ħajti u f’mewti jiena nemmen fik,
nitma’ fik
u nibqa’ nħobbok għal dejjem… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 17 ta’ Marzu

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Dan 3, 25.34-43
Salm: 24 (25), 4bċ-5ab.6-7bċ.8-9

L-Evanġelju: Mt 18, 21-35

F’dak iż-żmien, Pietru resaq lejn Ġesù u qallu: “Mulej, xi kemm-il darba jrid jonqosni ħija biex jiena naħfirlu? Sa seba’ darbiet?”. Wieġbu Ġesù: “Ma ngħidlikx sa seba’ darbiet. Imma sa sebgħa u sebgħin darba.

Għalhekk is-Saltna tas-Smewwiet nistgħu nxebbhuha ma’ wieħed sultan, li ried jagħmel il-kontijiet mal-qaddejja tiegħu… Kompli aqra »

Nobdu d-direttivi li nirċievu biex inkunu ta’ eżempju, ta’ kuraġġ, imma wkoll ta’ protezzjoni għal xulxin – L-Arċisqof

Quddiesa speċjali u rużarju trasmessi live

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa, il-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

L-omelija tal-Arċisqof Charles J. Scicluna

Illum fl-Ewwel Qari (2Slat 5:1-15) smajna l-istorja sabiħa ta’ dan il-fizzjal mis-Sirja, Nagħman, li kien marid bil-lebbra u li permezz tal-profeta tal-Mulej, il-profeta Eliżew, reġa’ sab il-fejqan.

L-Evanġelju jintagħżel għax propju huwa Ġesù stess li jsemmi dan l-episodju: “Kien hemm bosta lebbrużi f’Iżrael fi żmien il-profeta Eliżew imma ħadd minnhom ma ġie mfejjaq ħlief Nagħman tas-Sirja” (Lq 4:27)… Kompli aqra »

Nagħmlu dak li hu sewwa – L-Isqof Galea-Curmi

Quddiesa speċjali għal dawk li jinsabu weħidhom

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa, il-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

L-Omelija tal-Isqof Awżiljarju Joseph Galea-Curmi

Tolqotna ħafna f’din il-ġrajja r-reazzjoni ta’ dawk li kienu qegħdin jisimgħu lil Ġesù. Iktar u iktar tolqotna meta aħna niftakru li dan ir-rakkont hu parti minn rakkont itwal fejn l-ewwel juri lil Ġesù li jidħol fis-sinagoga – kien fil-bidu tal-ministeru tiegħu – u hemmhekk jikkwota lill-Profeta Iżaija: “L-Ispirtu tal-Mulej fuqi, bagħatni nwassal il-ħelsien lill-imjassrin, il-Bxara t-Tajba lill-fqajrin, id-dawl lill-għomja, il-ħelsien lill-maħqurin, u n-niedi s-sena tal-grazzja tal-Mulej.”

Ir-rakkont jgħid li meta semgħuh jgħid dan, in-nies laqgħu bil-qalb dil-kelma u stagħġbu b’dan il-kliem kollu ħlewwa tiegħu… Kompli aqra »

Brahms: The Boy II

***

Direttur:          William Brent Bell

Atturi:             Katie Holmes, Ralph Ineson, Owain Yeoman, Christopher Convery, Anjali Jay, Oliver Rice, Natalie Moon, Daphne Hoskins u Joely Collins

Ħin tal-Film:    86 min

Maħruġ minn KRS Releasing Ltd

KLASSIFIKA TAĊ-ĊENSURA:                15

KLASSIFIKA TAL-KNISJA:                      15

Invażjoni minn xi ħadd mhux magħruf, ħalliet lil Liza b’ferita gravi f’rasha u lil binha Jude ttrawmatizzat  u sieket għall-ħafna xhur.  Sean, ir-raġel ta’ Liza u missier Jude biex jgħinhom joħorġu mit-trawma, ddeċieda li jħallu d-dar fejn kien ġara l-każ u jmorru jgħixu fil-kampanja  ġewwa proprjetà Heelshires… Kompli aqra »

‘Wasal iż-żmien li nerġgħu niffukaw fuq dak li hu vera importanti fil-ħajja’ – L-Arċisqof

Message by Archbishop Charles J. Scicluna

A young man approached me a few days ago in an agitated state, upset that the Church had issued directives to remove holy water from the fonts inside churches. “It’s not right,” he insisted.

Much as I admired his honesty and sympathised with his passionate plea, I explained to him we had only taken such a step due to the situation thrust upon us by the COVID-19 virus, and sought to set his mind at rest by promising to bring him holy water myself if he could not do without it… Kompli aqra »