Arkivji mensili: Marzu 2020
Tixxandar Quddiesa oħra kuljum mill-Kurja
16/03/2020Fuq talba ġenerali, ser tibda tixxandar Quddiesa oħra mill‑Kurja tal‑Arċisqof minbarra dik li qed tixxandar kuljum fid-9:30 a.m. Din ser tixxandar fil-5:30 p.m., mit-Tnejn sal-Ġimgħa, u fi tmiem il-Quddiesa ser tingħad ukoll it-talba tar-Rużarju. Din il‑bidla fil‑ħinijiet tidħol fis‑seħħ mil-lum it-Tnejn 16 ta’ Marzu.
Il-Quddiesa ta’ filgħodu ser tiġi ċċelebrata mill-Isqof Awżiljarju Joseph Galea-Curmi filwaqt li l-Quddiesa ta’ filgħaxija u r-Rużarju ser jitmexxew mill-Arċisqof Charles J… Kompli aqra »
Live: Quddiesa u Rużarju mill‑Kurja tal-Arċisqof – 16 ta’ Marzu 2020, 5:30pm
16/03/2020 Il-Kurja tal-Arċisqof, il-FurjanaLive: Quddiesa mill‑Kurja tal-Arċisqof – 16 ta’ Marzu 2020, 9:30am
16/03/2020 Il-Kurja tal-Arċisqof, il-FurjanaL-Evanġelju tal-jum: 16 ta’ Marzu
16/03/2020Qari tal-jum
L-Ewwel Qari: 2 Slat 5, 1-15a
Salm: 41 (42), 2.3; 42 (43), 3.4
L-Evanġelju: Lq 4, 24-30
F’dak iż-żmien, Ġesù ġie Nazaret, daħal fis-sinagoga u qal lill-ġemgħa: “Tassew, ngħidilkom, ebda profeta ma jilqgħuh tajjeb f’pajjiżu. Għax, ngħidilkom is-sewwa, kien hemm bosta romol f’Iżrael fi żmien Elija meta s-sema baqa’ tliet snin u sitt xhur magħluq u waqa’ ġuħ kbir fil-pajjiż kollu; madankollu għand ħadd minnhom ma ntbagħat Elija, imma għand waħda armla minn Sarefta ta’ Sidon… Kompli aqra »
Il-Papa fl-Angelus: Kristu hu s-sors tal-ilma ħaj
15/03/2020 Il-VatikanPope Francis prays the Angelus in the Apostolic Library
Pope Francis reflects on the Gospel passage recounting Jesus’ meeting with the Samaritan woman at the well before reciting the Angelus this Sunday.
Pope Francis began by recalling how Jesus was on a journey with His disciples when He decided to take a break in Samaria near a well.
“Jesus is tired… Kompli aqra »
Direttivi tal-Isqfijiet dwar il-knejjes – 15/03/2020
Inkomplu nitolbu għad-don tas-saħħa fir-ruħ u fil-ġisem filwaqt li nħarsu s-saħħa pubblika
15/03/2020L-Arċisqof Charles J. Scicluna jfakkar li minħabba raġunijiet ta’ saħħa pubblika u fl-ispirtu tad-direttivi maħruġa mill-Isqfijiet fit-12 ta’ Marzu 2020, għall-ġid komuni:
- Għandha tkun evitata kull inizjattiva li tistieden lill-Insara jinġabru fil-knisja.
- Il-knejjes għadhom miftuħa iżda għandna nevitaw li jinġabru gruppi numerużi bil-periklu li jinfirex il-mard.
- Waqt li l-knisja tkun miftuħa, tajjeb li jkun hemm saċerdot disponibbli…
Nużaw dan il-mument biex nadurawH “fl-ispirtu u fil-verità” – L-Arċisqof
Quddiesa speċjali trasmessa live
15/03/2020 Il-Knisja ta’ San Franġisk, il-ĦamrunL-omelija tal-Arċisqof Charles J. Scicluna
Ġesù qiegħed fi vjaġġ u jgħaddi minn belt li mhix belt ħabiba, belt tas-Samaritani jisimha Sikar. Ġwanni l-evanġelista jippreżentalna lil Ġesù fil-bidu ta’ dan l-Evanġelju sabiħ li għadna kemm smajna u li aħna nafuh bħala l-Evanġelju tas-Samaritana.
Niltaqgħu ma’ Ġesù fil-bidu ta’ dan ir-rakkont bħala bniedem bħalna li jaf x’inhi l-għejja, jaf x’inhu l-għatx u li jitlob lil din il-mara biex tagħtih x’jixrob… Kompli aqra »
Live: Quddiesa mill‑Arċisqof – 15 ta’ Marzu 2020, 9:30am
15/03/2020 Il-Knisja ta' San Franġisk, il-ĦamrunL-Evanġelju tal-Ħadd: 15 ta’ Marzu
15/03/2020It-Tielet Ħadd tar-Randan
Qari tal-jum
L-Ewwel Qari: Eż 17, 3-7
Salm: 94 (95), 1-2.6-7.8-9
It-Tieni Qari: Rum 5, 1-2.5-8
L-Evanġelju: Ġw 4, 5-42
F’dak iż-żmien, Ġesù ġie f’belt tas-Samarija, jisimha Sikar, qrib il-biċċa art li Ġakobb kien ta lil ibnu Ġużeppi, fejn kien hemm ukoll il-bir ta’ Ġakobb. Kien għall-ħabta tas-sitt siegħa, u Ġesù, għajjien kif kien mill-mixi, qagħad bilqiegħda ħdejn il-bir… Kompli aqra »