Arkivji mensili: Marzu 2020

Emma

***

Direttur:          Autumn de Wilde

Atturi:              Anya Taylor-Joy, Johnny Flynn, Bill Nighy, Mia Goth, Miranda Hart, Josh O’Connor, Callum Turner, Rupert Graves u Gemma Whelan

Ħin tal-Film:    125 min

Maħruġ minn KRS Releasing Ltd

KLASSIFIKA TAĊ-ĊENSURA:                 U

KLASSIFIKA TAL-KNISJA:                      PG

Emma Woodhouse kienet preżenti għaż-żwieġ ta’ Miss Taylor ma’ Mr… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 10 ta’ Marzu

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Iż 1, 10.16-20
Salm: 49 (50), 8-9.16bċ-17.21 & 23

L-Evanġelju: Mt 23, 1-12

F’dak iż-żmien, Ġesù kellem lin-nies u lid-dixxipli tiegħu, u qalilhom: “Fuq il-katedra ta’ Mosè qagħdu l-kittieba u l-Fariżej. Mela kulma jgħidulkom huma agħmluh u ħarsuh, iżda tagħmlux kif jagħmlu huma, għax huma kliem biss għandhom, imma fatti xejn. Huma jorbtu qatet kbar u tqal u jgħabbuhom fuq spallejn ħaddieħor, waqt li huma stess anqas b’sebagħhom wieħed ma jridu jħarrkuhom… Kompli aqra »

Talb u miżuri fil-knejjes biex titrażżan u titwaqqaf il-Coronavirus

Ċirkulari maħruġa mill-Kurja tal-Arċisqof dwar il-ħarsien tas-saħħa

Nixtiequ nħeġġukom biex nitolbu ħalli naqilgħu mingħand Alla l-grazzja tas-saħħa fir-ruħ u fil-ġisem u biex titrażżan u titwaqqaf il-Coronavirus Covid-19 fid-dinja. Nitolbu għal dawk kollha milquta u għal dawk kollha li qegħdin joffru s-servizzi tagħhom u jieħdu deċiżjonijiet b’risq is-saħħa.

Għalhekk, l-adorazzjoni li ssir fil-parroċċa l-Ħamis 12 jew il-Ġimgħa 13 ta’ Marzu 2020, kif ukoll ir-reċita tar-Rużarju, għandhom isiru għal din l-intenzjoni. Inħeġġu wkoll lill-familja li titlob it-talba tar-Rużarju flimkien… Kompli aqra »

Imniedi l-ktieb ‘A Politics of Peace’ ta’ Fr Nicholas Doublet

  Il-Kurja tal-Arċsiqof, il-Furjana

The Foundation for Theological Studies recently hosted the launch of the book ‘A Politics of Peace: The Congregation for Extraordinary Ecclesiastical affairs during the Pontificate of Benedict XV (1914-1922)’ written by Rev. Dr Nicholas J. Doublet and published by Edizioni Studium, Rome.  Fr Doublet is the Diocesan Archivist as well as a lecturer with the Faculty of Theology, University of Malta.

The well-attended event, held in the Refectory of the Archbishop’s Curia, took place on Friday 6th March.  The audience was addressed by a panel of distinguished speakers, including Rev… Kompli aqra »

Il-Papa fl-Angelus: Insiru xhieda permezz tal-Ispirtu s-Santu

  Il-Vatikan

Pope Francis during his Sunday Angelus, streamed live in St Peter’s Square   (ANSA)

On the Second Sunday of Lent, Pope Francis reflected on the Gospel account of the Transfiguration, when Jesus revealed His glory to the Apostles Peter, James, and John. The Holy Father delivered his Angelus address from the Library in the Apostolic Palace on Sunday, a precautionary measure in response to ongoing concerns about the coronavirus… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 9 ta’ Marzu

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Dan 9, 4b-10
Salm: 78 (79), 8.9.11 u 13

L-Evanġelju: Lq 6, 36-38

F’dak iż-żmien, Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu: “Ħennu, bħalma hu ħanin Missierkom. Tiġġudikawx, u ma tkunux iġġudikati; tikkundannawx, u ma tkunux ikkundannati; aħfru, u ssibu l-maħfra. Agħtu, u jingħatalkom.

Kejl tajjeb, marsus, mheżżeż sewwa u mburġat iqegħdulkom f’ħoġorkom; għax bl-istess kejl li tkejlu intom jitkejjel lilkom”… Kompli aqra »

Dinjità u tama mill-ġdid għall-vittmi ta’ vjolenza domestika

L-Arċisqof inawgura l-wirja 'The Voice of Survivors Through Art'

  L-Isptar Mater Dei, l-Imsida

Nhar il-Ġimgħa 6 ta’ Marzu 2020, l-Arċisqof Charles J. Scicluna inawgura l-wirja ‘The Voice of Survivors Through Art’ b’xogħlijiet li saru min-nisa u tfal residenti fid-Dar Qalb ta’ Ġesù. Din id-dar hi second stage shelter ta’ Fondazzjoni Sebħ fi ħdan l-Arċidjoċesi ta’ Malta, għall-vittmi ta’ vjolenza domestika.

Il-wirja hi riżultat ta’ workshop, immexxi mit-terapista tal-arti Jeannette Fiott, bħala parti mill-proċess ta’ fejqan għar-residenti fix-xelter… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-Ħadd: 8 ta’ Marzu

It-Tieni Ħadd tar-Randan
Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Ġen 12, 1-4a
Salm: 32 (33), 4-5.18-19.20 u 22
It-Tieni Qari: 2 Tim 1, 8b-10

L-Evanġelju: Mt 17, 1-9

F’dak iż-żmien, Ġesù ħa miegħu lil Pietru u lil Ġakbu u lil ħuh Ġwanni, tellagħhom fuq muntanja għolja weħidhom, u tbiddel quddiemhom. Wiċċu sar jiddi bħax-xemx, u lbiesu sar abjad bħad-dawl. U dehrulhom Mosè u Elija jitħaddtu miegħu… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 7 ta’ Marzu

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Dewt 26, 16-19
Salm: 118 (119), 1-2.4-5.7-8

L-Evanġelju: Mt 5, 43-48

F’dak iż-żmien, Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu: “Smajtu x’intqal: “Ħobb lil għajrek, u obgħod lill-għadu tiegħek”. Imma jiena ngħidilkom: Ħobbu lill-għedewwa tagħkom, u itolbu għal dawk li jippersegwitawkom, biex tkunu wlied Missierkom li hu fis-smewwiet; għax hu jtalla’ x-xemx tiegħu sew fuq il-ħżiena u sew fuq it-tajbin, u jniżżel ix-xita sew fuq min hu tajjeb u sew fuq min mhuwiex… Kompli aqra »