Arkivji mensili: Marzu 2020
Avviż
03/03/2020Il-Kurja tal-Arċisqof tixtieq tavża li għada l-Erbgħa 4 ta’ Marzu waranofsinhar, l-Uffiċċju Żwiġijiet ser ikun magħluq. L-Uffiċċju Żwiġijiet jerġa’ jiftaħ il-Ġimgħa bejn it-8:00 a.m. u l-11:30 a.m. Kompli aqra »
…
L-Evanġelju tal-jum: 3 ta’ Marzu
03/03/2020Qari tal-jum
L-Ewwel Qari: Iż 55, 10-11
Salm: 33 (34), 4-5.6-7.16-17.18-19
L-Evanġelju: Mt 6, 7-15
F’dak iż-żmien, Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu: “Intom u titolbu toqogħdux tlabalbu bħall-pagani; dawn mingħalihom li, iktar ma jgħidu, iktar jinstemgħu. Tkunux bħalhom, għax Missierkom jaf x’teħtieġu, qabel ma titolbuh intom.
Mela itolbu hekk: Missierna, li inti fis-smewwiet, jitqaddes ismek, tiġi saltnatek, ikun li trid int, kif fis-sema, hekkda fl-art… Kompli aqra »
Il-Papa fl-Angelus: ‘qatt tidħol fi djalogu max-xitan’
02/03/2020Papa Franġisku waqt l-Angelus tal-Ħadd fi Pjazza San Pietru (Vatican Media)
Għeżież ħuti, il-jum it-tajjeb!
F’dan l-ewwel Ħadd tar-Randan, l-Evanġelju (cfr Mt 4, 1-11) jirrakkuntalna li wara l-Magħmudija fix-xmara Ġordan, “l-Ispirtu ħa lil Ġesù fid-deżert biex ikun imġarrab mix-xitan” (v. 1). Hu jħejji ruħu għall-bidu tal-missjoni tiegħu ta’ ħabbar tas-Saltna tas-Smewwiet, u, bħal Mosè u Elija qablu (cfr Eż 24,18; 1 Sla 19,8) fl-Antik Testment, jitħejja bis-sawm għal erbgħin jum. Jidħol “fir-Randan”… Kompli aqra »
L-Evanġelju tal-jum: 2 ta’ Marzu
02/03/2020Qari tal-jum
L-Ewwel Qari: Lev 19, 1-2.11-18
Salm: 18 (19), 8.9.10.15
L-Evanġelju: Mt 25, 31-46
F’dak iż-żmien, Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu: “Meta jiġi Bin il-bniedem fil-glorja tiegħu u bl-anġli kollha miegħu, imbagħad joqgħod fuq it-tron glorjuż tiegħu. U quddiemu jinġabru l-ġnus kollha, u hu jifridhom minn xulxin, bħalma r-ragħaj jifred in-nagħaġ mill-mogħoż: in-nagħaġ iqegħedhom fuq il-lemin tiegħu u l-mogħoż fuq ix-xellug… Kompli aqra »
Il-pellegrinaġġ penitenzjali ta’ Ħadd in-Nies f’Ħaż-Żabbar
01/03/2020 Ħaż-ŻabbarIllum il-Ħadd, l-1 ta’ Marzu 2020, f’Ħaż-Żabbar, ser isir il-pellegrinaġġ penitenzjali ta’ Ħadd in-Nies, bl-istatwa devozzjonali tal-Madonna tal-Grazzja flimkien mal-kappillani, il-kleru, reliġjużi, rappreżentanti tas-soċjetajiet ċivili, għaqdiet tal-parroċċa u bosta pellegrini. Il-pellegrinaġġ jibda fl-4:15pm u wara li tidħol l-istatwa tal-Madonna fis-Santwarju, tiġi ċċelebrata Quddiesa bil-parteċipazzjoni tal-kor Notre Dame għall-ħabta tas-5:45pm.
Snin ilu, l-aspett ta’ ringrazzjament u penitenza kien qanqal lil missirijietna biex iżuru u jassistu għad-diversi pellegrinaġġi li kienu jsiru lejn is-Santwarju tal-Madonna tal-Grazzja f’Ħaż-Żabbar… Kompli aqra »
L-Evanġelju tal-Ħadd: 1 ta’ Marzu
01/03/2020L-Ewwel Ħadd tar-Randan
Qari tal-jum
L-Ewwel Qari: Ġen 2, 7-9; 3, 1-7
Salm: 50 (51), 3-4.5-6a.12-13. 14 u 17
It-Tieni Qari: Rum 5, 12-19
L-Evanġelju: Mt 4,1-11
F’dak iż-żmien, l-Ispirtu ħa lil Ġesù fid-deżert biex ix-xitan iġarrbu. U Ġesù baqa’ sajjem għal erbgħin jum u erbgħin lejl, u fl-aħħar ħadu l-ġuħ. U resaq it-tentatur u qallu: “Jekk inti Bin Alla, ordna li dan il-ġebel isir ħobż”… Kompli aqra »