Arkivji mensili: April 2020
Il-Passjoni tal-Mulej tkun għalina għajn ta’ saħħa u fejqan – L-Arċisqof
L-Azzjoni Liturġika tal-Passjoni u l-Mewt tal-Mulej
10/04/2020 Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa, il-Kurja tal-Arċisqof, il-FurjanaL-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna
“Ebda sura ma kellu u ebda ġmiel biex inħarsu lejh jew xi sura biex nitgħaxxqu bih. Kien imżeblah u mwarrab mill-bnedmin, bniedem li bata u kien jaf x’inhu l-mard” (Iż 53:2-3).
F’dawn il-ġranet dawn il-kelmiet ta’ Ġesù għandhom profezija qawwija. Ġejjin mill-ktieb ta’ Iżaija u japplikaw għal Ġesù b’mod straordinarju tant li l-ewwel Insara huma u jaqraw l-profeziji ta’ Iżaija kienu jagħrfu dak li ġara mill-Mulej… Kompli aqra »
Ħabbhom sal-Aħħar – Il-Ġimgħa l-Kbira, 10 ta’ April 2020, 12:00
Riflessjoni Liturġika Spiritwali għall-Ġimgħa Mqaddsa minn Fr Martin
10/04/2020Live: Il-Ġimgħa l-Kbira 2020 – Via Crucis – 10 ta’ April, 6:30pm
10/04/2020 Il-Kurja tal-Arċisqof, il-FurjanaAgħfas hawn taħt biex issegwi t-talb u l-qari
Live: Il-Ġimgħa l-Kbira 2020 – Azzjoni Liturġika tal-Passjoni u l-Mewt tal-Mulej – 10 ta’ April, 3pm
10/04/2020 Il-Kurja tal-Arċisqof, il-FurjanaIl-kreattività fil-qadi – L‑Isqof Galea‑Curmi
Quddiesa f'Ħamis ix-Xirka
09/04/2020 Il-Knisja Parrokkjali tal-Lunzjata, Ħal BalzanL-Omelija tal-Isqof Awżiljarju Joseph Galea-Curmi
Ġesù ħabbhom sal-aħħar. Parti minn din l-espressjoni tal-imħabba tiegħu kienet li jagħti xi xokkijiet lid-dixxipli tiegħu. Hawn, f’din is-silta, jagħtihom tnejn, xokk ikbar mill-ieħor.
L-ewwel meta hu stess niżel jaħsel saqajn id-dixxipli, u bir-raġun ħaduha bi kbira, bħalma jgħidlu Pietru. Din qatt ma kienet issir. Setgħu qalulu: ‘Qatt ma għamilna hekk, qatt ma ħdimna b’dal-mod’. Imma hu hemmhekk ried jispjegalhom l-iktar ħaġa importanti: li hu sar bniedem biex jingħata… Kompli aqra »
L-Evanġelju fil-Ġimgħa l-Kbira: 10 ta’ April
10/04/2020Il-Ġimgħa l-Kbira
Tifkira Solenni ta-Passjoni tal-Mulej
Qari tal-jum
L-Ewwel Qari: Is 52, 13 – 53, 12
Salm: 30 (31), 2.6.12-13.15-16.17. 25
It-Tieni Qari: Lhud 4, 14-16; 5, 7-9
L-Evanġelju: Ġw 18, 1 – 19, 42
Il-Passjoni ta’ Sidna Ġesù Kristu skont San Ġwann
F’dak iż-żmien, Ġesù ħareġ mad-dixxipli tiegħu u qasam għan-naħa l-oħra tal-Wied ta’ Kedron; hemmhekk kien hemm ġnien, u daħal fih mad-dixxipli tiegħu… Kompli aqra »
Live: Il-Ġimgħa l-Kbira 2020 – Liturġija tas-Sigħat – 10 ta’ April, 9:30am
10/04/2020 Il-Kurja tal-Arċisqof, il-FurjanaNgħixu s-sinifikat profond tal-ħasil tal-riġlejn billi nieħdu ħsieb xulxin – L-Arċisqof
Il-Quddiesa fl-Ikla tal-Mulej offruta għall-vokazzjonijiet għall-ħajja saċerdotali u reliġjuża, u s-sagrament taż-Żwieg Nisrani
09/04/2020 Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa, il-Kurja tal-Arċisqof, il-FurjanaL-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna
“Jiena tajtkom eżempju” (Ġw 13:15). Illum għalhekk iltqajna biex niċċelebraw u nfakkru dan l-eżempju. “Jiena tajtkom eżempju biex” kif ħabbejtkom jien, “kif għamilt jien magħkom, hekk intom tagħmlu lil xulxin” (Ġw 13:15).
U jekk irridu nagħsru l-eżempju ta’ Ġesù f’kelma waħda, m’hemmx kelma aħjar mill-kelma ‘imħabba’. L-Appostlu Missierna, meta jitkellem fuq il-fidi, it-tama, l-imħabba jgħid “l-ikbar hija l-imħabba”… Kompli aqra »