Arkivji mensili: April 2020

Il-Papa jagħraf il-kontribut tan-nisa fil-pandemija tal-Covid-19

  Il-Vatikan

Pope Francis during the Regina Caeli message in the library of the Apostolic Palace  (Vatican Media)

In his remarks after the recitation of the Regina Caeli, the Pope reflected on the contribution women are giving today during the coronavirus pandemic.

After reciting the Regina Caeli in the library of the Apostolic Palace on the Monday after Easter, Pope Francis continued reflecting on how women are contributing during the coronavirus crisis… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 13 ta’ April

It-Tnejn tal-Ottava tal-Għid
Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Atti 2, 14.22-33
Salm: 15 (16), 1-2a u 5.7-8.9-10.11

L-Evanġelju: Mt 28, 8-15

F’dak iż-żmien, in-nisa telqu malajr minn ħdejn il-qabar, kollhom biża’ u ferħ kbir, u marru jiġru jagħtu l-aħbar lid-dixxipli tiegħu. U ara, iltaqa’ magħhom Ġesù u qalilhom: “Is-sliem għalikom!”. Huma resqu lejh, qabdulu riġlejh u nxteħtu quddiemu. Imbagħad Ġesù qalilhom: “Tibżgħu xejn; morru wasslu l-aħbar lil ħuti biex jitilqu lejn il-Galilija; lili jarawni hemmhekk”… Kompli aqra »

Iż-żerriegħa ta’ ħajja ġdida – L‑Isqof Galea‑Curmi

Vġili Solenni tal-Qawmien tal-Mulej mill-Imwiet

  Il-Knisja Parrokkjali tal-Lunzjata, Ħal Balzan

L-Omelija tal-Isqof Awżiljarju Joseph Galea-Curmi

Bdejna din il-Vġili tal-Għid fid-dlam. U kien fid-dlam ukoll meta ż-żewġ nisa, kif smajna fir-rakkont tal-Evanġelju skont San Mattew, marru fejn il-qabar ta’ Ġesù. Kien fid-dlam meta qed jibda jżernaq il-jum. Ma marrux hemmhekk bit-tama li jarawh ħaj. Marru hemmhekk sforz l-imħabba kbira li kellhom lejh, huma li kienu tant qrib tiegħu fil-ħajja. Huma li kienu semgħu l-kelma tiegħu, kienu qrib tiegħu, baqgħu fidili lejh sal-aħħar, sa taħt is-salib, huma li xtaqu li qatt ma jgħaddu minn din l-esperjenza tal-firda daqshekk kiefra li Ġesù mhux biss imut imma jkun maqtul b’dak il-mod terribbli… Kompli aqra »

Imseħbin ma’ Kristu fil-qawmien tiegħu – L‑Isqof Galea‑Curmi

Quddiesa tal-Għid il-Kbir tal-Mulej

  Il-Knisja Parrokkjali tal-Lunzjata, Ħal Balzan

L-Omelija tal-Isqof Awżiljarju Joseph Galea-Curmi

Dakinhar li b’ġebla kbira għalqu l-qabar li qiegħdu fih il-ġisem mejjet ta’ Ġesù, u riedu wkoll iqiegħdu l-għases – qisu l-qabar kellu bżonn is-security – biex ikunu żguri li qatt aktar ma jisimgħu l-kelma ta’ Ġesù jew b’xi mod jew ieħor ikollhom x’jaqsmu miegħu, dakinhar ħafna min-nies ħasbu li dak kien it-tmiem tal-istorja ta’ Ġesù Kristu. Kien għadda minn dik il-passjoni sħiħa, mill-mewt… Kompli aqra »

Il-Mulej qed isejħilna biex nerġgħu nġibu kollox kif kien u biex ħajjitna tkun safa’ u sewwa – L-Arċisqof

lI-Quddiesa Solenni tal-Għid il-Kbir tal-Mulej

  Il-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

“Marija ta’ Magdala tersaq lejn il-qabar” skont ir-rakkont li jagħtina Ġwanni, “filgħodu kmieni meta kien għadu d-dlam” (Ġw 20:1). Kien għadda s-sibt u għalhekk setgħet tersaq lejn il-qabar bit-tama li tkun tista’ tkompli d-dilka fuq il-ġisem għażiż ta’ Ġesù.

Ippretendiet li tara l-blata li għadha qiegħda tagħlaq il-bokka ta’ dan il-qabar u ppretendiet li wara dik il-ġebla jkun hemm katavru, għażiż kemm tridu, imma katavru imgeżwer fil-liżar bil-maktur jgħatti wkoll il-wiċċ għażiż ta’ Ġesù mejjet… Kompli aqra »

L-Arċisqof ibierek lill-Pajjiż

  Il-Furjana

Illum l-Arċisqof Charles Jude Scicluna ħareġ fuq it-taraġ tal-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana b’Ġesù Ekwaristija biex ibierek lill-pajjiż. Dan seħħ dalgħodu fi tmiem il-Quddiesa tal-Għid tal-Qawmien tal-Mulej mill-Imwiet, 12 ta’ April 2020.

Il-barka

Nitolbuk Mulej tbierek ‘il pajjiżna,
il-morda tagħna u ‘l kull min qed jieħu ħsiebhom,
u lilna tagħtina d-dehen u s-saħħa u l-qalb kbira
biex nagħmlu dak kollu li nistgħu biex din il-burraxka tgħaddi minn fuqna kemm jista’ jkun malajr… Kompli aqra »

L-Għid hu mixja mill-mewt għall-ħajja, mill-qalb tal-ġebel għall-qalb tal-laħam – L-Arċisqof

Vġili Solenni tal-Qawmien tal-Mulej mill-Imwiet

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa, il-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

“Ejjew araw il-post fejn kien qiegħed” (Mt 28:6). Dan hu l-messaġġ li l-anġlu jagħti lil Marija ta’ Magdala u Marija l-oħra li marru fl-ewwel jum tal-ġimgħa maż-żerniq jaraw il-qabar. L-anġlu ma jurihomx lil Ġesù rxoxt. L-ebda Evanġelju ma jiddeskrivilna l-mument tal-qawmien ta’ Ġesù. L-Evanġelju jinsisti fuq il-post fejn kienu qegħduh. Dan il-post għadu magħna sal-lum.

Aħna l-Insara, ’k Alla jrid tgħaddi din il-burraxka minn fuqna u nkunu nistgħu nerġgħu nivvjaġġaw, mistednin li almenu darba f’ħajjitna nagħmlu pellegrinaġġ għal dan il-post li għadu magħna: il-qabar vojt fejn kienu qiegħdu lill-Mulej… Kompli aqra »