Arkivji mensili: Mejju 2020

Talba għad-don tas-saħħa bl-interċessjoni ta’ San Ġorġ Preca

Il-festa ta' San Ġorġ Preca

Illum l‑Arċisqof ser jiċċelebra Quddiesa mill‑Kappella ta’ Sidtna Marija tal‑Midalja Mirakoluża, il‑Blata l‑Bajda, fejn jinsabu meqjuma l‑fdalijiet ta’ San Ġorġ Preca. Matul din il‑Quddiesa u r‑Rużarju l‑Arċisqof ser jitlob bl‑interċessjoni ta’ San Ġorġ biex il‑Mulej ikompli jagħti lill‑pajjiżna d‑don tas‑saħħa. Din il‑Quddiesa ser tixxandar b’mod dirett fid‑9:30am fuq TVM2 u l-paġna ta’ Facebook. Wara l‑Quddiesa jixxandar dokumentarju ‘Il‑Bixra ta’ Dun Ġorġ’, bi produzzjoni tas‑soċjetà tal‑M.U.S.E.U.M… Kompli aqra »

Quddies tas-Sibt – 9 ta’ Mejju

Festa ta' San Ġorġ Preca

  Il-Furjana u Blata l-Bajda

Quddiesa u Rużarju mill‑Kappella tal‑Midalja Mirakoluża, il-Blata l‑Bajda fid-9:30am

Segwi l-qari tal-Quddiesa tas-Sibt hawnhekk.

Quddiesa għaż-Żgħażagħ minn Fr Brendan Gatt fis-7pm

Segwi l-qari u l-kant tal-Quddiesa tal-Ħadd hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 9 ta’ Mejju

San Ġorġ Preca, Presbiteru – Festa
Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Sir 21, 11-17, 21 jew 2 Tim 2, 1-11
Salm: 119, 33-42

L-Evanġelju: Mk 16, 14a. 15-20

Fl-aħħar Ġesù wera ruħu lill-ħdax stess waqt li kienu fuq il-mejda, u qalilhom: “Morru fid-dinja kollha, xandru l-Evanġelju lill-ħolqien kollu. Min jemmen u jitgħammed, isalva; iżda min ma jemminx, ikun ikkundannat… Kompli aqra »

Ftehim għar-restawr tal-Knisja l-Qadima ta’ Birkirkara

Ix‑xogħlijiet mistennija jitlestew sal‑2024

  Il-Knisja Parrokkjali ta' Santa Marija, Birkirkara

(Quddiem lemin): Roberto Buontempo u Norbert Gatt, (wara lemin): Michael Pace Ross, il-Ministru Josè Herrera u l-Kappillan Reuben Deguara

Il‑Kurja tal‑Arċisqof iffirmat ftehim mad‑Direttorat tar‑Restawr tal-Gvern li se jwassal għar‑restawr tal‑Knisja l‑Qadima ta’ Birkirkara permezz ta’ fondi pubbliċi, wara li jsiru l‑istudji u t‑testijiet ġeotekniċi meħtieġa ffinanzjati mill‑Knisja. Il‑ftehim ġie ffirmat illum minn Roberto Buontempo, Kap tal‑Propjetà tal‑Arċidjoċesi ta’ Malta, u Norbert Gatt mid‑Direttorat tar‑Restawr… Kompli aqra »

“Tħallux qalbkom titħawwad” – L-Isqof Galea-Curmi

Quddiesa offruta għat-tfal kollha b'mard terminali

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa, il-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

L-Omelija tal-Isqof Awżiljarju Joseph Galea-Curmi

“Tħallux qalbkom titħawwad”. Dan hu l-kliem li Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu. Kliem ta’ konsolazzjoni, ta’ inkoraġġiment. Dan il-kliem jgħidu proprju fl-aħħar ċena, ftit qabel ma kellu jgħaddi mill-passjoni ħarxa u l-qtil brutali tiegħu.

Dan il-kliem qalu lid-dixxipli tiegħu għax kien jaf li fil-fatt id-dixxipli tiegħu kienu sejrin mhux biss jitħawdu imma jitħarbtu.  Kif jgħaddu minn dik l-esperjenza kerha u qarsa tal-passjoni u l-mewt ta’ Ġesù, id-dixxipli tiegħu, ħlief wieħed, kollha ħarbu… Kompli aqra »

Il-kapaċità u l-għożża tal-Verġni Marija li żżomm f’qalbha l-Kelma tal-Mulej – L-Arċisqof

Quddiesa fil-festa tal-Madonna ta' Pompej

  Il-Knisja Parrokkjali tal-Madonna ta' Pompej, Marsaxlokk

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Il-Kelma ta’ Alla f’din il-festa għażiża għalina l-Maltin, il-festa tal-Madonna ta’ Pompej, tinsisti fuq il-kapaċità u l-għożża tal-Verġni Marija li żżomm fil-qalb tagħha l-Kelma tal-Mulej u taħseb fuqha bejnha u bejn ruħha.

Is-silta tal-Evanġelju li għadna kemm smajna propju tikkonkludi b’din l-osservazzjoni li jagħtina l-Evanġelista Luqa: “Marija, min-naħa tagħha baqgħet tgħożż f’qalbha dawn il-ħwejjeġ kollha u taħseb fuqhom bejnha u bejn ruħha” (Lq 2:19)… Kompli aqra »

Il-festa ta’ San Ġorġ Preca u Jum l-Omm

L-Arċisqof jitlob ukoll fil-Knisja tal Madonna ta’ Pompei

  Marsaxlokk, Blata l-Bajda, il-Mellieħa

Ix-xbieha tal-Madonna tal-Mellieħa fis-Santwarju tal-Mellieħa

Illum, il‑Ġimgħa 8 ta’ Mejju 2020, festa tal‑Madonna ta’ Pompei, l‑Arċisqof Charles Jude Scicluna ser jiċċelebra Quddiesa fil‑Knisja Parrokkjali u Santwarju tal‑Madonna ta’ Pompei f’Marsaxlokk u jitlob is‑Supplika lill‑Madonna ta’ Pompei u r‑Rużarju. Din ser tixxandar fuq TVM2 fil‑5:30 p.m. u fuq il‑website tal‑Arċidjoċesi ta’ Malta.

Għada, is‑Sibt 9 ta’ Mejju, festa ta’ San Ġorġ Preca, l‑Arċisqof ser jiċċelebra Quddiesa mill‑Kappella ta’ Sidtna Marija tal‑Midalja Mirakoluża, il‑Blata l‑Bajda, fejn jinsabu meqjuma l‑fdalijiet ta’ San Ġorġ Preca… Kompli aqra »

Quddies u Rużarju għall-Ġimgħa – 8 ta’ Mejju, 9:30am u 11:30am

Quddiesa u Rużarju mill-Kurja tal-Arċisqof fid-9:30am

Quddiesa mill-Knisja Parrokkjali ta’ Marsaxlokk fil-11:30am

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum u s-supplika tal-Madonna ta’ Pompej hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 8 ta’ Mejju

Il-Ġimgħa tar-Raba’ Ġimgħa tal-Għid
Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Atti 13, 26-33
Salm: 2, 6-7.8-9.10-11

L-Evanġelju: Ġw 14, 1-6

F’dak iż-żmien, Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu: “Tħallux qalbkom titħawwad! Emmnu f’Alla, u emmnu fija wkoll. Fid-dar ta’ Missieri hemm ħafna postijiet. Li ma kienx hekk, kont ngħidilkom: “Sejjer inħejjilkom fejn toqogħdu”? U meta mmur u nħejjilkom post, nerġa’ niġi biex neħodkom miegħi biex, fejn inkun jien, tkunu intom ukoll… Kompli aqra »