Arkivji mensili: Mejju 2020

Quddiesa u Rużarju mill-Kurja tal-Arċisqof – 5 ta’ Mejju, 9:30am

  Il-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek.
Ħeġġiġni bl-imħabba għalik biex f’ħajti u f’mewti jiena nemmen fik,
nitma’ fik
u nibqa’ nħobbok għal dejjem… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 5 ta’ Mejju

It-Tlieta tar-Raba’ Ġimgħa tal-Għid
Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Atti 11, 19-26
Salm: 86 (87), 1-3.4-5.6-7

L-Evanġelju: Ġw 10, 22-30

F’Ġerusalemm ħabtet il-festa tal-Konsagrazzjoni tat-tempju. Kienet ix-xitwa, u Ġesù kien miexi minn naħa għal oħra tat-tempju, fil-loġġa ta’ Salamun. Il-Lhud daru miegħu u qalulu: “Kemm se ddum taqlgħalna ruħna? Jekk inti l-Messija għidilna ċar u tond”.

Weġibhom Ġesù: “Għedtilkom u intom ma temmnux… Kompli aqra »

Indulġenza Plenarja għas-Sena tal-Ġublew li jfakkar it-800 sena mill-martirju ta’ Sant’Anġlu ta’ Ġerusalemm Karmelitan

Il-Kappella ta’ Forti Sant’Anġlu armata għal din l-okkażjoni mill-Parroċċa tal-Birgu u Heritage Malta. Ritratt: Pierre Balzia

F’għeluq it-800 sena mill-martirju ta’ Sant’Anġlu ta’ Ġerusalemm, il-Penitenzjerija Appostolika tat l-indulġenza Plenarja għas-sena 2020-2021 mill-5 ta’ Mejju sa għeluq il-Ġublew fl-istess data. L-indulġenza tinkiseb:

  • fis-Santwarju ta’ Sant’Anġlu f’Licata
  • fil-‘Knisja Omm’ ta’ Sant’Angelo Muxaro, fejn il-qaddis qatta’ żmien bħala eremita fl-għerien kif ukoll evanġelizza in-nies tal-post, 
  • fl-Arċidjoċesi ta’ Agrigento,
  • fil-knejjes Karmelitani kollha mxerrda madwar id-dinja, u 
  • fil-knejjes u l-kappelli li fihom hemm il-kult ta’ Sant’Anġlu jew huma ddedikati lilu. 

Hawn Malta, insibu ħjiel ta’ devozzjoni antika lejn Sant’Anġlu ta’ Ġerusalemm, li tmur lura sa 54 sena minn wara mewtu… Kompli aqra »

Ragħaj li jagħti ħajtu – L-Isqof Galea‑Curmi

Quddiesa offruta għall-mexxejja kollha tad-dinja biex iħarsu u jiddefendu l-bnedmin kollha

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa, il-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

L-Omelija tal-Isqof Awżiljarju Joseph Galea-Curmi

Meta Ġesù jsemmi r-ragħaj it-tajjeb, u jgħid li hu r-Ragħaj it-Tajjeb, jitkellem fuq diversi karatteristiċi ta’ dan ir-ragħaj it-tajjeb. Imma fl-Evanġelju tal-lum hemm karatteristika waħda li jenfasizza: “Ir-ragħaj it-tajjeb jagħti ħajtu għan-ngħaġ tiegħu”. Ħames darbiet isemmi fl-Evanġelju tal-lum din l-għotja.

Meta nisimgħu l-kliem “jagħti ħajtu”, mal-ewwel niftakru f’Ġesù fuq is-salib. Hemmhekk verament għandna l-milja ta’ din l-għotja. Fuq is-salib jagħti ħajtu, imut, biex aħna jkollna l-ħajja… Kompli aqra »

Il-Papa waqt il-quddiesa jitlob għall-paċi fil-famiji u l-għaqda fil-Knisja

  Il-Vatikan

In the Mass in Santa Marta, Pope Francis prays for families closed up in their homes because of the pandemic, and recalls that Jesus wants unity in the Church.

In the Mass in Santa Marta on Monday, Pope Francis prayed for families closed up in their homes because of the pandemic. He acknowledged that families are trying to do many things they have never done before… Kompli aqra »

Quddiesa u Rużarju mill-Kurja tal-Arċisqof – 4 ta’ Mejju, 9:30am

  Il-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek.
Ħeġġiġni bl-imħabba għalik biex f’ħajti u f’mewti jiena nemmen fik,
nitma’ fik
u nibqa’ nħobbok għal dejjem… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 4 ta’ Mejju

It-Tnejn tar-Raba’ Ġimgħa tal-Għid
Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Atti 11, 1-18
Salm: 41 (42), 2-3; 42 (43), 3.4

L-Evanġelju: Ġw 10, 11-18

F’dak iż-żmien, Ġesù qal: “Jiena r-ragħaj it-tajjeb. Ir-ragħaj it-tajjeb jagħti ħajtu għan-nagħaġ tiegħu. Il-mikri, li mhuwiex ir-ragħaj, u li n-nagħaġ mhumiex tiegħu, jara l-lupu ġej, u jħalli n-nagħaġ u jaħrab; u l-lupu jaħtafhom u jxerridhom. Mikri hu, u ma jħabbilx rasu min-nagħaġ… Kompli aqra »

Il-ħajja bil-kotra – L‑Isqof Galea‑Curmi

Quddiesa fir-Raba' Ħadd tal-Għid

  Il-Knisja Parrokkjali tal-Lunzjata, Ħal Balzan

L-Omelija tal-Isqof Awżiljarju Joseph Galea-Curmi

“Jien ġejt biex ikollkom il-ħajja u l-ħajja bil-kotra”. F’din l-aħħar sentenza tal-Evanġelju tal-lum għandna miġbura dak li Ġesù jixtieq iwasslilna: il-ħajja u l-ħajja bl-abbundanza.

Meta qal hekk, Ġesù kien qed jitkellem fuqu nnifsu bħala r-Ragħaj it-Tajjeb. Meta Ġesù semma r-ragħaj, lil dawk in-nies mal-ewwel ġagħalhom jaħsbu f’dak is-Salm li aħna stess għedna llum fil-quddiesa: “Il-Mulej hu r-ragħaj tiegħi”… Kompli aqra »

Id-dokumenti li wasslu għall-inkurunazzjoni tal-istatwa mirakoluża tal-Bambina tal-Isla

Mejju huwa x-xahar tradizzjonalment marbut mal-Madonna. Mejju ta’ mitt sena ilu fl-Isla rriżulta li kien xahar Marjan li bħalu qatt ma kien hemm fl-istorja ta’ din il-belt li tieqaf kburija, bħal kuruna, fuq il-Port il-Kbir ta’ Malta. Ir-raġuni kienet għax matul dak ix-xahar waslet f’Malta l-aħbar li l-vara maħbuba u mirakoluża tal-Bambina – l-ewwel vara titulari tal-injam li żejnet il-knisja Maltija – kienet se tiġi inkurunata bil-permess tal-Papa Benedittu XV waqt ċerimonja solenni… Kompli aqra »