Salvana, Mulej – L‑Isqof Galea‑Curmi
Quddiesa offruta għall-għaxar saċerdoti l-ġodda
30/06/2020 Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-FurjanaL-omelija tal-Isqof Awżiljarju Joseph Galea-Curmi
Żgur li nifhmu dak li ħassew id-dixxipli li kienu fuq id-dgħajsa, fejn kien hemm ukoll Ġesù, meta qamet din it-taqliba u l-mewġ beda tiela’ fuq id-dgħajsa. Bdew jibżgħu. Dawn, li ħafna minnhom kienu sajjieda, kienu jifhmu x’jiġfieri baħar perikoluż. Lilhom nifhmuhom, imma għall-mument ma nifhmux kif f’din it-tempesta kollha, Ġesù li kien magħhom kien rieqed. Fl-Evanġelju darba ssib li Ġesù kien rieqed – hu hawn, f’din it-tempesta kollha… Kompli aqra »