Ġesù ma jiqafx fil-qoxra, imma jmur fil-qalba – L‑Isqof Galea‑Curmi
Quddiesa offruta għall-mexxejja ta' pajjiżna, biex jagħrfu dejjem ipoġġu l-ewwel il-ġid komuni u jaħdmu biex jgħinu lill-aktar vulnerabbli fis-soċjetà
10/06/2020 Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-FurjanaL-omelija tal-Isqof Awżiljarju Joseph Galea-Curmi
Fi żmien Ġesù kien hemm min ħa l-impressjoni li Ġesù kien kontra d-drawwiet u l-liġijiet tal-poplu Lhudi. Pereżempju, Ġesù kien ifejjaq nhar ta’ Sibt, u għalihom is-Sibt kien il-jum sagru li ma tista’ tagħmel xejn iktar minn dak li hemm fil-liġi; għalhekk kienu jaraw il-fejqan ta’ Ġesù qisu kontra d-drawwiet tagħhom. Kellhom ukoll użanzi dwar l-ikel, jgħidu li xi ikel hu mniġġes; u Ġesù qalilhom: mhux dak li jidħol mill-ħalq li jniġġes, imma jniġġes dak li joħroġ mill-fomm u mill-qalb… Kompli aqra »