Il-Papa fl-Angelus: It-Trinità hi mħabba għas-servizz tad-dinja
08/06/2020 Il-VatikanIl-Papa Franġisku waqt l-Angelus (Vatican Media)
Għeżież ħuti, il-jum it-tajjeb!
L-Evanġelju tal-lum (cfr Ġw 3,16-18), festa tas-Santissima Trinità, jurina – bil-linġwaġġ sintetiku tal-appostlu Ġwanni – il-misteru tal-imħabba t’Alla għad-dinja, ħolqien tiegħu. Fid-djalogu qasir ma’ Nikodemu, Ġesù jippreżenta lilu nnifsu bħala Dak li wassal għall-milja sħiħa l-pjan ta’ salvazzjoni tal-Missier għad-dinja. Huwa jafferma: “Alla hekk ħabb id-dinja li bagħat lill-Ibnu l-waħdieni” (v. 16). Dal-kliem juri li l-azzjoni tat-Tlett Persuni Divini –Missier, Iben u Spirtu s-Santu – hi kollha kemm hi pjan waħdieni ta’ mħabba li jsalva l-umanità u d-dinja, hu pjan ta’ salvazzjoni għalina… Kompli aqra »