Xhieda ta’ fidi mingħajr kompromessi – L-Isqof Galea-Curmi
Quddiesa offruta għall-martri ta’ żmienna
03/06/2020 Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa, il-Kurja tal-Arċisqof, il-FurjanaL-omelija tal-Isqof Awżiljarju Joseph Galea-Curmi
Kemm hi ħaġa f’waqtha li llum, meta qed niċċelebraw it-tifkira ta’ San Karlu Lwanga u sħabu martri tal-Uganda, nisimgħu lil Ġesù jgħid: “Alla mhux tal-mejtin imma tal-ħajjin”. Għax f’dan il-ftit kliem ġabar dak li għalih għexu u mietu l-martri tal-Uganda. Mietu biex jagħtu xhieda li hu Alla tal-ħajjin.
San Karlu Lwanga u sħabu kienu 22 żagħżugħ li ngħataw il-martirju fl-Uganda lejn l-aħħar ħmistax-il sena tas-seklu 19 (1885-1887)… Kompli aqra »