L‑Arċidjoċesi ta’ Malta ħatret lil George Portanier bħala maniġerta’ Dar Sagra Familja fin‑Naxxar, b’effett mill‑1 ta’ Ġunju.

Is‑Sur Portanier għandu Masters fil‑Finanzi u Investimenti minn York University, MBA mill‑Università ta’ Edinburgh u Masters fl‑Ekonomija tal‑Liġi tal‑Kompetizzjoni mill‑Università ta’ Malta. Hu serva għal aktar minn 20 sena fuq il‑bord tad‑diretturi tal‑Bank of Valletta plc. Sal‑2002 kien ukoll membru tal‑bord ta’ Portanier Brothers Ltd, u kien imexxi l‑istess ażjenda tal‑familja. Matul il‑karriera tiegħu s‑Sur Portanier kellu diversi rwoli ta’ tmexxija f’kumpaniji fis‑settur tas‑servizzi tal‑pagamenti, bl‑aktar riċenti fl‑Istitut Malti għat‑Tassazzjoni.

Id‑Dar Sagra Familja tilqa’ fiha 87 resident minn total ta’ 302 anzjani li fil‑preżent jgħixu f’erbat idjar għall‑anzjani li huma amministrati mill‑Arċidjoċesi ta’ Malta.