Restawr u konservazzjoni f’parroċċi b’investiment ta’ €4 miljun kofinanzjati minn fondi Ewropej
10/07/2020L‑Arċidjoċesi ta’ Malta se tidħol għal xogħol ta’ restawr u konservazzjoni ta’ għaxar proġetti addizzjonali mas‑17‑il proġett li diġà tħabbru s‑sena li għaddiet, b’investiment totali ta’ madwar €4 miljun b’kofinanzjament ta’ 80% minn fondi tal‑Unjoni Ewropea. Dawn il‑proġetti jinkludu r‑restawr strutturali tal‑knejjes kif ukoll il‑konservazzjoni ta’ diversi opri tal‑arti, fosthom żewġ pitturi ta’ Francesco Zahra.
Dan tħabbar waqt konferenza tal‑aħbarijiet li saret ilbieraħ filgħaxija quddiem il‑knisja parrokkjali tal‑Qrendi, li ġiet indirizzata mis‑Segretarju Amministrattiv tal‑Arċidjoċesi ta’ Malta Michael Pace Ross, u mis‑Segretarju Parlamentari għall‑Fondi Ewropej l‑Onor… Kompli aqra »