Ir-ragħaj mibgħut biex ixandar il-Kelma u biex ikun il-ħarsa u l-id tal-Mulej li tfejjaq – L-Arċisqof
Quddiesa offruta biex il-Mulej ikompli jsejjaħ aktar żgħażagħ għall-vokazzjonijiet saċedortali u reliġjużi
07/07/2020 Il-Kappella tal-Madonna tal-Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-FurjanaL-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna
Kemm hi ħaġa sabiha li b’ferħ kbir inkun nista’ nintroduċi lilkom, għeżież membri tal-Knisja f’Malta u f’Għawdex, dawn l-10 presbiteri ġodda, dawn l-għaxart irġiel li fid-29 ta’ Ġunju jiena kelli x-xorti nordna saċerdoti. U ħaġa sabiħa li bdejna propju bl-introduzzjoni tal-ewwel wieħed minnhomn waqt li nisimgħu l-Kelma ta’ Ġesù: “Itolbu lil Sid il-ħsad biex jibgħat ħaddiema għall-ħsad tiegħu” (Mt 9:38).
Dan il-mument fl-Evanġelju ta’ San Mattew jurina wkoll Ġesù kemm iħoss għall-poplu tiegħu… Kompli aqra »