Santu Wistin ispirazzjoni għalina lkoll – L-Isqof Galea-Curmi
Quddiesa b'tifkira ta' Santu Wistin
28/08/2020 Il-Monasteru tas-Sorijiet Agostinjani, Fleur-de-LysL-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi
Fid-dawl tal-ħajja ta’ Santu Wistin, nixtieq insemmi tliet punti ta’ riflessjoni li narahom jgħoddu ħafna għalina, speċjalment għalina li kkonsagrajna ruħna lil Alla.
Nafdaw fil-ħniena ta’ Alla
L-ewwel nett, insemmi dik it-talba sabiħa u tant magħrufa li għamel Santu Wistin fl-Istqarrijiet li tibda “Kemm ħabbejtek tard!”. Hija talba li tesprimi l-istorja tal-ħajja tiegħu, imma mbagħad meta tkompli taqra iktar ’l isfel f’dik il-parti tal-Istqarrijiet ta’ Santu Wistin, hu jgħid li t-tama tiegħu hi mibnija fuq il-ħniena immensa ta’ Alla… Kompli aqra »