Arkivji mensili: Awwissu 2020

L-Evanġelju tal-jum: 29 ta’ Awwissu

Il-Martirju ta’ Ġwanni l-Battista
Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Ġer 1, 17-19
Salm: 70, 1-6.15.17

L-Evanġelju: Mk 6, 17-29

F’dak iż-żmien: Erodi bagħat jarresta ’l Ġwanni u qaflu fil-ħabs minħabba f’Erodja, mart ħuħ Filippu, billi kien iżżewwiġha hu. Għax Ġwanni lil Erodi kien jgħidlu: “Ma tistax iżżommha int il-mara ta’ ħuk.”

Għalhekk Erodja saret tobogħdu u kienet trid toqtlu, imma ma kinitx tista’, għax Erodi, li kien jaf x’raġel tajjeb u qaddis kien Ġwanni, kien jibża minnu: u kien iħarsu mill-għawġ, u kien iħobb joqgħod jisimgħu, għad li kien jibqa’ mħasseb ħafna wara li jisimgħu… Kompli aqra »

Qalbna ma ssib qatt kwiet jekk ma tistrieħx fik! – L-Isqof Galea-Curmi

Quddiesa fit-tifkira ta' Santu Wistin

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

Santu Wistin kien Afrikan. Twieled fis-sena 354 f’Tagaste – kieku llum parti mill-Alġerija. Missieru Patrizju kien pagan, u ommu Monika, li għamilna t-tifkira tagħha lbieraħ, kienet mara Nisranija u devota.

Kellu edukazzjoni tajba ħafna. Kellu dik l-edukazzjoni li tgħinu jkun f’kuntatt mal-kultura Rumana. Imma mbagħad meta kiber, fiż-żgħożija ngħaqad mal-Manikej, li kienet setta eretika, u tbiegħed mit-trobbija Nisranija li tatu ommu… Kompli aqra »

Id-Djoċesi ta’ Għawdex trodd ħajr lil Alla għall-ministeru episkopali tal-Isqof Mario Grech

Il-Knisja f’Għawdex ilbieraħ il-Ħamis, 27 ta’ Awwissu 2020, raddet ħajr lil Alla għall-ħmistax-il sena tal-ministeru tal-E.T. Mons. Mario Grech bħala Isqof ta’ Għawdex. Huwa kien ġie kkonsagrat minn idejn il-predeċessur tiegħu l-mibki Nikol Ġ. Cauchi fit-22 ta’ Jannar 2006. F’Ottubru li għadda l-Papa Franġisku sejjaħlu biex ikun is-Segretarju Ġenerali tas-Sinodu tal-Isqfijiet f’Ruma, uffiċċju li Mons. Grech issa jidħol fih uffiċjalment mill-bidu ta’ Settembru.

Fil-Konċelebrazzjoni Solenni ta’ Radd il-Ħajr, li nżammet fir-Rotunda Parrokkjali ta’ San Ġwann Battista, ix-Xewkija, ħadu sehem ukoll l-Isqfijiet Anton Teuma ta’ Għawdex, Charles J… Kompli aqra »

Inkunu lkoll ħaġa waħda – L-Isqof Galea-Curmi

Quddiesa f'għeluq l-ewwel anniversarju mit-twaqqif tal-Kolleġġjata tan-Naxxar u l-pussess tal-ewwel kanonċi

  Il-Knisja Parrokkjali ta' Marija Bambina, in-Naxxar

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

Insellem minn qalbi lill-Arċipriet u lill-kanonċi li jiffurmaw l-ewwel Kapitlu ta’ din il-Kolleġġjata tal-Parroċċa tan-Naxxar, u lilkom ilkoll preżenti għal din l-okkażjoni sabiħa. Hi ġurnata storika u sabiħa fl-istorja twila ta’ din il-parroċċa – in-Naxxar kienet diġà waħda mill-għaxar parroċċi li kien hawn f’Malta fl-1436.

Aħna u niftakru fl-Istorja, nagħrfu d-dmir ta’ din il-Kolleġġjata ġdida li tħares il-patrimonju artistiku u kulturali, għax hu wirt tal-poplu tul is-snin, wirt ta’ pajjiżna… Kompli aqra »

Live: Quddiesa u Rużarju mill-Kurja tal-Arċisqof – 28 ta’ Awwissu, 9:30am

  Il-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 28 ta’ Awwissu

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: 1 Kor 1, 17-25
Salm: 32 (33), 1-2.4-5.10ab u 11

L-Evanġelju: Mt 25, 1-13

F’dak iż-żmien, Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu din il-parabbola: “Is-Saltna tas-Smewwiet ixebbhuha ma’ għaxar xebbiet li ħarġu bl-imsiebaħ tagħhom biex jilqgħu l-għarus. Ħamsa minnhom kienu boloh u ħamsa għaqlin, għax il-boloh ħadu l-imsiebaħ imma ma ħadux żejt magħhom, waqt li l-għaqlin ħadu mhux biss l-imsiebaħ iżda wkoll iż-żejt fil-kwies… Kompli aqra »

Mgħammda erba’ adulti u tarbija

  Il-Knisja Parrokkjali ta' Marija Addolorata, San Pawl il-Baħar

Nhar it-Tlieta 25 ta’ Awwissu 2020, l-Arċisqof Charles Scicluna għammed erba’ adulti u tarbija fil-Knisja Parrokkjali ta’ Marija Addolorata f’San Pawl il-Baħar. Fost dawk mgħammda kien hemm omm u bintha tarbija. L-Arċisqof laqagħhom fil-Knisja Kattolika u qal li permezz tal-grazzja tal-Magħmudija saru wlied addottivi ta’ Alla li lilu nsejħu Missier.

Aktar ritratti Kompli aqra »

Il-parir tal-Arċisqof: Ħu ħsieb tiegħek innifsek, lill-oħrajn u l-ħolqien

Quddiesa fit-tifkira ta' Santa Monika, patruna tan-nisa miżżewġa u tal-ommijiet

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

“Ishru mela” (Mt 24:42). Jien naħseb li Ġesù jagħmel dawn iż-żewġ tixbihat, waħda pożittiva u -oħra negattiva, biex jispjegalna li l-ħajja tagħna m’għandniex neħduha wisq alla leggera. Ħa nispjega lili nnifsi. Donnu mhu se tispiċċa qatt, donnu qatt mhu se nagħti kont ta’ ħajti.

Il-ħajja hija prezzjuża, il-ħajja sabiħa. Jekk trid tgħixha sew, għexha ta’ nies, għexha bl-imħabba… Kompli aqra »

Live: Quddiesa u Rużarju mill-Kurja tal-Arċisqof – 27 ta’ Awwissu, 9:30am

  Il-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 27 ta’ Awwissu

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: 1 Kor 1, 1-9
Salm: 89 (90), 3-4.12-13.14 u 17

L-Evanġelju: Mt 24, 42-51

F’dak iż-żmien, Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu: “Ishru, mela, għax ma tafuhx il-jum li fih jiġi Sidkom. Kunu afu dan, li kieku sid id-dar kellu jkun jaf f’liema sahra tal-lejl se jiġi l-ħalliel, kien jishar u ma jħallix min jinfidlu l-ħitan ta’ daru. Mela kunu lesti intom ukoll, għax qatt ma tistgħu tobsru s-siegħa li fiha jiġi Bin il-bniedem… Kompli aqra »