Alla jsalva l-bniedem sħiħ – L-Isqof Galea-Curmi
Quddiesa fis-solennità tat-Tlugħ fis-Sema tal-Verġni Mqaddsa Marija
15/08/2020 Il-Knisja Parrokkjali tal-Lunzjata, Ħal BalzanL-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi
Is-solennità ta’ Marija mtellgħa s-sema lilna tagħtina messaġġ ta’ kuraġġ u ta’ għajnuna għall-ħajja tagħna. Aħna qed niċċelebraw il-milja tal-mixja ta’ Marija li bdiet fit-Tħabbira – li niċċelebraw b’mod speċjali f’din il-Knisja – meta hi laqgħet lil Ġesù fi ħdanha, u kompliet ħaġa waħda miegħu sal-mument li hi ġiet imtellgħa s-sema bir-ruħ u l-ġisem.
Marija kienet dik li emmnet f’Ġesù, l-ewwel dixxiplu tiegħu, u baqgħet qrib tiegħu ħajjitha kollha sa taħt is-salib; hemmhekk qasmet miegħu dak il-mument hekk iebes tat-tbatija… Kompli aqra »