Illum is-Sibt, 15 ta’ Awwissu 2020, Solennità tat-Tlugħ fis-Sema tal-Verġni Marija, l-Arċisqof Charles Jude Scicluna se jiċċelebra Quddiesa Pontifikali fil-Katidral ta’ San Pawl, l-Imdina. Din tibda fid-9.30 a.m. u tixxandar fuq TVM2, Knisja.mt u Newsbook.com.mt.

Fil-11:30 a.m., Monsinjur Arċisqof se jżur is-Santwarju tal-Madonna tas-Saħħa fil-Knisja ta’ San Franġisk, ir-Rabat, biex jitlob ir-Rużarju u l-att ta’ konsagrazzjoni lill-Verġni Marija Omm tas-Saħħa. Dan it-talb se jiġi offrut b’mod partikolari għas-saħħa ta’ pajjiżna fiċ-ċirkustanzi preżenti u għal dawk kollha milquta mill-pandemija tal-COVID-19. Din se tixxandar fuq Knisja.mt, Newsbook.com.mt u Xejk TV.


Quddiesa fil-festa Solenni tat-Tlugħ fis-Sema tal-Verġni Mqaddsa Marija

Ir-Rużarju u l-att ta’ konsagrazzjoni lill-Verġni Marija Omm tas-Saħħa fis-Santwarju tal-Madonna tas-Saħħa, ir-Rabat