L-ugwaljanza quddiem Alla qatt ma telimina d-diversità –L-Isqof Galea-Curmi
Quddiesa b'tifkira ta’ San Ġużepp ta’ Copertino, reliġjuż u patrun tal-istudenti li qed iħejju għall-eżamijiet
18/09/2020 Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-FurjanaL-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi
Fl-Evanġelju llum għandna stampa tal-missjoni ordinarja ta’ Ġesù, dak li hu l-aktar essenzjali fil-missjoni ta’ Ġesù, u allura anke fil-missjoni tal-Knisja, tagħna bħala dixxipli tiegħu.
Innutaw ftit. Ġesù jxandar l-Evanġelju tas-saltna ta’ Alla. Dak hu l-iktar importanti. Kif kien spjega Ġesù: “Alla hekk ħabb lid-dinja li ta lil Ibnu l-waħdieni biex kull min jemmen fih… ikollu l-ħajja ta’ dejjem” (Ġw 3:16)… Kompli aqra »