Arkivji mensili: Settembru 2020

Karatteristiċi ta’ skola Kattolika

Il-messaġġ tal-Isqof Joseph Galea-Curmi lill-edukaturi l-ġodda fl-iskejjel tal-Knisja

  Il-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

Bi tħejjija għall‑ftuħ tas‑sena skolastika 2020‑2021, l‑Isqof Awżiljarju Joseph Galea‑Curmi ltaqa’ mal‑edukaturi l‑ġodda fl‑iskejjel tal‑Knisja waqt seminar online organizzat mis‑Segretarjat għall‑Edukazzjoni Nisranija. Aktar minn 150 edukatur ġdid bdew jaħdmu fl‑iskejjel tal‑Knisja f’din is‑sena skolastika l‑ġdida.

Fil-messaġġ tiegħu l-Isqof irringrazzja lill-edukaturi talli għażlu li jgħallmu fi skola tal-Knisja u stedinhom biex jieħdu dejjem bis-serjetà l-formazzjoni kontinwa (ongoing education), b’mod partikolari f’dak kollu li jiddistingwi l-iskola Kattolika u l-etos tagħha… Kompli aqra »

Il-Papa fl-Udjenza: ‘Xerrdu l-imħabba fid-dawl tal-fidi’

Għeżież ħuti, l-għodwa t-tajba!

Fil-ġimgħat li għaddew irriflettejna flimkien, fid-dawl tal-Vanġelu, fuq kif infejqu d-dinja li qed tbati minn ħsara li l-pandemija iktar kixfet u aċċentwat. Il-ħsara hemm kienet: il-pandemija kixfitha iktar, aċċentwatha. Ħarisna lejn it-toroq tad-dinjità, tas-solidarjetà u tas-sussidjarjetà, toroq indispensabbli biex nippromovu d-dinjità umana u l-ġid komuniKompli aqra »

Quddiesa fil-ftuħ tas-Sena Forensi – 1 ta’ Ottubru, 9:30am

  Il-Konkatidral ta' San Ġwann, il-Belt Valletta

L‑Arċisqof Charles Scicluna jiċċelebra quddiesa fil-ftuħ tas-Sena Forensi, fil‑Konkatidral ta’ San Ġwann, il‑Belt Valletta. Il-quddiesa tibda fid-9:30am u tixxandar fuq TVM2, u l-paġna ta’ Facebook u l-YouTube Channel tal-Arċidjoċesi ta’ Malta.

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd… Kompli aqra »

Quddiesa u Rużarju – 30 ta’ Settembru, 9:30am

  Il-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 30 ta’ Settembru

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Ġob 9, 1-12.14-16
Salm: 136 (137), 1-2.3.4-5.6

L-Evanġelju: Lq 9, 57-62

F’dak iż-żmien, huma u miexja fit-triq kien hemm wieħed li qal lil Ġesù: “Tmur fejn tmur, jiena niġi warajk”. U qallu Ġesù: “Il-volpijiet għandhom l-għerien tagħhom u l-għasafar tal-ajru l-bejtiet, iżda Bin il-bniedem ma għandux fejn imidd rasu”.

Lil wieħed ieħor qallu: “Imxi warajja”… Kompli aqra »

Għaliex l-arkanġli huma aktar minn messaġġiera tal-Mulej

On September 29th, the Church celebrates the archangels Michael, Gabriel, and Raphael. These are the “super angels” — the swiftest of them all. Like all angels, they are sent by God to the people: “Praise the Lord, you his angels, who mightily execute his word and obey his command.”

The archangels are the first of the spiritual creatures who proclaim how incredible God is… Kompli aqra »

Rispett lejn il-libertà tal-iskejjel tagħna u ta’ kull individwu – L-Arċisqof

Quddiesa fil-festa tal-Arkanġli Mqaddsa

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Dan l-Evanġelju jintagħażel fil-festa tal-Arkanġli, San Mikiel, San Gabrijel u San Rafel, propju minħabba l-aħħar kelmiet ta’ Ġesù meta, biex jispjega li d-dixxipli għad ikunu xhieda tal-glorja tiegħu, isemmi wkoll l-anġli: “Fis- sewwa, fis-sewwa ngħidilkom għad taraw is-sema miftuħ u l-anġli ta’ Alla niżlin u telgħin fuq Bin il-bniedem” (Ġw 1:51).

L-anġli huma dawk li huma dejjem quddiem il-preżenza ta’ Alla… Kompli aqra »

Quddiesa u Rużarju – 29 ta’ Settembru, 9:30am

  Il-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 29 ta’ Settembru

L-Arkanġli Mqaddsa, Mikiel, Gabrijel u Rafel – Festa
Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Dan 7, 9-10.13-14 jew Apok 12, 7-12a
Salm: 137, 1-5

L-Evanġelju: Ġw 1, 47-51

F’dak iż-żmien: Meta Ġesù ra lil Natanel riesaq lejh, qal: “Hawn hu Israeli li jistħoqqlu dan l-isem; ma hemm ebda qerq fih.” Natanael staqsieh: “Rabbi, kif sirt tafni?”

U Ġesù wieġbu: “Rajtek taħt is-siġra tat-tin qabel ma kellmek Filippu.” “Rabbi,” qallu Natanael, “int l-Iben ta’ Alla, inti s-sultan ta’ Israel!” Ġesù wieġbu: “Qiegħed temmen għax għidtlek li rajtek taħt is-siġra tat-tin? … Kompli aqra »

Il-kobor hu fil-qadi – L-Isqof Galea-Curmi

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

Wieħed mill-mumenti ibsin għal Ġesù kien meta hu għaraf li d-dixxipli bejniethom kienu qed jitkellmu fuq min kien l-akbar. Anzi, l-Evanġelju skont San Luqa jgħid li “qamet kwestjoni” bejniethom dwar min minnhom kien l-akbar. Kien mument ta’ għafsa ta’ qalb għal Ġesù għaliex kien imur kontra dak li għallimhom. Aktar u aktar meta dan ir-rakkont tal-lum jiġi eżatt wara r-rakkont meta Ġesù lid-dixxipli qed jgħidilhom għat-tieni darba minn xiex se jgħaddi, li se jingħata l-mewt: “Bin il-bniedem għandu jkun mogħti f’idejn il-bnedmin” (Lq 9:44)… Kompli aqra »