Arkivji mensili: Settembru 2020

L-Evanġelju tal-jum: 21 ta’ Settembru

San Mattew, appostlu u evanġelista – Festa
Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Efesin 4, 1-7.11-13
Salm: 18, 2-5

L-Evanġelju: Mt 9, 9-13

F’dak iż-żmien: Huwa u għaddej Ġesù ra wieħed bilqiegħda quddiem il-mejda tat-taxxi; kien jismu Mattew. “Ejja warajja”, qallu. Dak qam u mar warajh. U ġara li, kif qagħad għandu għall-mejda ma’ Ġesù u d-dixxipli tiegħu, rawh il-Fariżej, u qalu lid-dixxipli tiegħu: “Għaliex jiekol mal-pubblikani u l-midinbin l-Imgħallem tagħkom”? … Kompli aqra »

Il-Mulej ħerqan jaħfrilna, idewwina u jsaffina – L-Arċisqof

Quddiesa li matulha ġie kkonsagrat l‑artal il‑ġdid u mbierka l‑ambone u s‑sedja l‑ġodda

  Il-Bażilika Minuri ta' San Pawl, ir-Rabat

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Il-Mulej jixtieq li ntellgħu l-offerta tagħna fuq l-artal anke għaliex meta qalilna biex nagħmlu dak li għamel hu b’tifkira tiegħu, kien qed jirreferi għall-offerta tal-ħobż u l-inbid li bil-qawwa tal-ispirtu u l-kelma ta’ Ġesù jsiru l-ġisem u d-demm tal-imgħallem.

Dik hi l-offerta tagħna. “Jekk tkun qiegħed ittella’ l-offerta tiegħek fuq l-artal”, jekk qiegħed tipprepara biex tiċċelebra l-Ewkaristija, “u hemm tiftakar li ħuk għandu xi ħaġa kontra tiegħek, ħalli l-offerta tiegħek hemmhekk quddiem l-artal u mur l-ewwel irranġa ma’ ħuk, imbagħad ejja tella’ l-offerta tiegħek” (Mt 5:23-24)… Kompli aqra »

Ma’ Alla ma nistgħux nippretenduha – L‑Isqof Galea‑Curmi

Quddiesa fil-25 Ħadd matul is-sena

  Il-Knisja Parrokkjali tal-Lunzjata, Ħal Balzan

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

Meta naqraw l-Evanġelju tal-lum, żgur li jiġi f’moħħna: dan kif Ġesù qed iqabbel is-Saltna ta’ Alla ma’ sid li jħallas l-istess lil min ħadem siegħa u ’l min għamel il-ġurnata kollha jaħdem?  Din ġustizzja? Din fair? Ħaġa sewwa? 

Għalhekk importanti li aħna nifhmu x’irid jgħid Ġesù b’din il-parabbola u x’ma jridx jgħid.  Din mhix parabbola li  titkellem fuq il-ġustizzja soċjali, kif għandha tkun il-ġustizzja bejn in-nies… Kompli aqra »

Inawgurat ir-restawr tal-knisja parrokkjali ta’ Ħal Balzan

Tlesta xogħol ta’ restawr tal‑Knisja Parrokkjali ta’ Marija Annunzjata f’Ħal Balzan, xogħol li sar b’investiment ta’ ftit aktar minn €122,000 b’kofinanzjament minn fondi tal‑Unjoni Ewropea. Dan il‑proġett ġie inawgurat dalgħodu mill‑Isqof Awżiljarju Joseph Galea‑Curmi u mis‑Segretarju Parlamentari għall‑Fondi Ewropej Stefan Zrinzo Azzopardi. Preżenti wkoll għall‑konferenza tal‑aħbarijiet kien hemm is‑Segretarju Amministrattiv tal‑Arċidjoċesi ta’ Malta Michael Pace Ross.

Permezz ta’ dan il‑proġett li għalih ikkontribwixxa wkoll il‑poplu ta’ Ħal Balzan, twettaq xogħol ta’ restawr fuq il‑kappelluntal‑Kurċifiss, il‑ħitan tas‑sagristija minn barra, u l‑kampnar… Kompli aqra »

Quddiesa Pontifikali f’Jum l-Indipendenza – 21 ta’ Settembru, 9:30am

  Il-Konkatidral ta' San Ġwann, il-Belt Valletta

L‑Arċisqof Charles Scicluna jiċċelebra Pontifikal Statali fil‑festa nazzjonali ta’ Jum l‑Indipendenza, fil‑Konkatidral ta’ San Ġwann, il‑Belt Valletta. Il-quddiesa tibda fid-9:30am u tixxandar fuq TVM2, u l-paġna ta’ Facebook u l-YouTube Channel tal-Arċidjoċesi ta’ Malta.

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd… Kompli aqra »

“L-omm tgħallimna l-imħabba ta’ Alla li hija mħabba ‘skandaluza'” – L-Arċisqof

Quddiesa fil-25 Ħadd matul is-sena

  Il-Kappella tal-Madonna tal-Providenza, is-Siġġiewi

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Nibda billi nagħti żewġ informazzjonijiet mid-dinja ta’ żmien Ġesù biex niftiehmu u anke nifhmu ħafna iżjed din il-parabbola, din l-istorja li jirrakonta l-Mulej fl-Evanġelju tal-lum meħud mill-Evanġelju ta’ San Mattew kapitlu 20.

Is-siegħa tax-xogħol jew il-ġurnata tax-xogħol fi żmien Ġesù pjuttost kienet magħmula minn 12-il siegħa mis-sitta ta’ filgħodu sas-sitta ta’ filgħaxija. Il-jum kien jinqasam fi tnax-il siegħa u għalhekk meta l-Evanġelju jgħidilna t-tielet siegħa jiġi d-disgħa ta’ filgħodu; is-sitt siegħa tiġi nofsinhar, id-disa’ siegħa tiġi t-tlieta ta’ waranofsinhar, il-ħdax-il-siegħa tiġi xi l-ħamsa ta’ waranofsinhar, propju jkun għad baqa’ siegħa xogħol… Kompli aqra »

Il-lingwa li tgħinek tifhem żgur hi l-lingwa tal-imħabba – L-Arċisqof

Quddiesa f'għeluq is-sena pastorali taċ-Ċentru tal-Vokazzjonijiet tas-Seminarju

  Is-Seminarju, tal-Virtu, ir-Rabat

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Jiena naħseb li l-omelija għamluha ż-żgħażagħ illejla. Ovvjament applikaw din il-parabbola straordinarja ta’ Ġesù għall-kwestjoni tal-vokazzjonijiet, kulħadd għandu l-vokazzjoni tiegħu, is-sejħa tiegħu.

Il-ħlas huwa l-istess, ix-xogħol se jkun differenti, it-toqol forsi wkoll differenti (ara Mt 20:1-16). Ġesù qed jgħallimna lezzjoni importanti ħafna. Il-qalb tajba tiegħu taf tfixkilna għax ma tikkalkulax kif nikkalkulaw aħna. Imma jien naħseb li min hu missier u l-ommijiet hawnhekk, bl-imħabba lejn uliedhom jitgħallmu jressqu l-qalb tagħhom ħafna qrib lejn dik ta’ Alla… Kompli aqra »

Quddiesa tal-Ħadd – 20 ta’ Settembru, 9:30am

  Il-Kappella tal-Madonna tal-Providenza, is-Siġġiewi

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-Ħadd: 20 ta’ Settembru

Il-Ħamsa u Għoxrin Ħadd taż-Żmien ta’ Matul is-Sena
Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Is 55, 6-9
Salm: 144 (145), 2-3.8-9.17-18
It-Tieni Qari: Fil 1, 20c-24.27a

L-Evanġelju: Mt 20, 1-16

F’dak iż-żmien, Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu din il-parabbola: “Is-Saltna tas-Smewwiet tixbah lil wieħed sid li ħareġ filgħodu kmieni ħafna biex isib nies tax-xogħol u jħaddimhom fl-għalqa tiegħu tad-dwieli. Ftiehem ma’ xi ħaddiema b’dinar kull jum u bagħathom l-għalqa… Kompli aqra »

Clean-up tal-ambjent u tal-kuxjenza biex tassew inħarsu l-ħolqien

Stqarrija mill-Kummissjoni Interdjoċesana Ambjent

Waqt attività ta’ tindif li saret dalgħodu fuq il‑Bajja tal‑Għadira, il‑Kummissjoni Interdjoċesana Ambjent (KA) qalet li ħadd ma jieħu gost jiġbor skart li ħalla ħaddieħor, u għalhekk il‑Kummissjoni tħoss li attivitajiet bħal dawn għandhom iħeġġuna biex nagħmlu eżami tal‑kuxjenza fuq il‑ħarsien tal‑ħolqien.

Iċ‑Chairperson tal‑Kummissjoni Ambjent, Mario Camenzuli, wera x‑xewqa li bis‑sehem ta’ kulħadd naslu f’sitwazzjoni fejn dawn il‑clean‑ups ma jkunx hemm għalfejn isiru… Kompli aqra »