Arkivji mensili: Ottubru 2020

Il-Papa Franġisku viċin tal-komunità mnikkta ta’ Nizza

Basilica of Notre Dame in Nice, France  (ANSA)

French media on Thursday morning reported that at least three people were killed and several others injured in a knife attack in the city of Nice.

According to sources, the attack began around 9: 00 am in the Basilica of Notre Dame – the largest Catholic church in Nice. Shortly after, Police swarmed the scene to secure the area and restore order… Kompli aqra »

L-Arċisqof jistaqsi: Aħna ma’ Erodi jew ma’ Ġesù?

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Iżjed ma noqorbu lejn tmiem is-sena liturġika, li tispiċċa propju lejleet l-ewwel Ħadd tal-Avvent, iżjed nibdew nisimgħu u naqraw evanġelji li jitkellmu dwar it-tmien tal-ħajja ta’ Ġesù imma anke dwar it-tmiem tad-dinja kif nafuha aħna.

L-Evanġelju tal-lum jibda bi twissija li jirċievi Ġesù, kważi theddida wkoll. “Erodi irid joqtlok” (Lq 13:31). Ġesù jgħaddi kumpliment rari għax aħna nafu li Ġesù huwa ta’ qalb ħelwa u umli, imma lil Erodi jsejjaħlu volpi: “Morru għidulu lil dak il-volpi” (Lq 13:32)… Kompli aqra »

Il-Papa: ‘Qatt ma nitolbu weħidna: Ġesù jitlob magħna’

Għeżież ħuti, l-għodwa t-tajba!

Illum, f’din l-udjenza, bħalma għamilna fl-udjenzi ta’ qabel, jien se nibqa’ hawn. Nixtieq ħafna nista’ ninżel, insellem lil kulħadd, imma rridu nżommu d-distanzi, għax jekk jien ninżel dritt nispiċċaw ċorma sħiħa biex insellmu lil xulxin, u dan hu kontra l-miżuri, il-prekawzjonijiet li rridu nżommu quddiem din is-“sinjura” li jisimha Covid u li qed tagħmlilna ħafna ħsara. Għalhekk, skużawni jekk mhux qed ninżel insellmilkom: insellmilkom minn hawn imma nġorrkom kollha ġo qalbi… Kompli aqra »

Quddiesa u Rużarju – 29 ta’ Ottubru, 9:30am

  Il-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

L-Assemblea ta’ COMECE tingħaqad mal-Kardinal Parolin fil-messaġġ riċenti tal-Papa dwar l-Ewropa

On the occasion of the 40th anniversary since the establishment of the Commission of the Bishops’ Conferences of the European Union (COMECE), Pope Francis returns to reflect on Europe once more in a letter addressed to H. Em. Pietro Parolin, Secretary of State of His Holiness, who will be participating in the Autumn Assembly of the Bishops of the European Union to start today, Wednesday 28 October 2020… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 29 ta’ Ottubru

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Efes 6, 10-20
Salm: 143 (144), 1.2.9-10

L-Evanġelju: Lq 13, 31-35

Dak il-ħin stess resqu fuq Ġesù xi Fariżej u qalulu: “Mur, itlaq minn hawn, għax Erodi jrid joqtlok”. U hu qalilhom: “Morru għidulu lil dak il-volpi: “Ara, jiena nkeċċi x-xjaten u nfejjaq il-mard illum u għada, u fit-tielet jum nasal fit-tmiem tiegħi. Madankollu llum u għada u pitgħada jeħtieġli nissokta t-triq tiegħi, għax ma għandux ikun li profeta jinqered barra minn Ġerusalemm”… Kompli aqra »

Tliet kandidati ġodda għas-saċerdozju

Tliet seminaristi fil‑ħames sena ta’ preparazzjoni fis‑Seminarju tal‑Arċisqof, ser jitolbu lill‑Arċisqof Charles Jude Scicluna biex jaċċettahom bħala kandidati għall‑Ordinazzjoni Djakonali u Saċerdotali. Din iċ‑ċelebrazzjoni ser issir nhar il‑Ħadd, 1 ta’ Novembru 2020, waqt il‑Quddiesa f’Jum il‑Qaddisin Kollha fil‑Konkatidral ta’ San Ġwann, il‑Belt Valletta, fid‑9:30 a.m.

Ian Diacono mill‑Parroċċa ta’ Stella Maris, Tas‑Sliema, Gylan Camilleri mill‑Parroċċa ta’ Sant’Anna, Wied il‑Għajn, u Clive Seychell mill‑Parroċċa ta’ San Ġużepp, il‑Kalkara, ser jistqarru pubblikament ir‑rieda tagħhom li joffru lilhom infushom lill‑Knisja biex iservu bħala saċerdoti… Kompli aqra »

Quddiesa u Rużarju – 28 ta’ Ottubru, 9:30am

  Il-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 28 ta’ Ottubru

San Xmun u San Ġuda, Appostli – Festa
Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Efesin 2, 19-22
Salm: 18, 2-5

L-Evanġelju: Lq 6, 12-19

Darba fost l-oħrajn, Ġesù ħareġ lejn l-għoljiet biex jitlob, u għadda l-lejl fit-talb lil Alla. Meta sebaħ, sejjaħ lejh id-dixxipli tiegħu u minnhom għażel tnax, li semmiehom appostli: Xmun, li semmieh Pietru, u ħuh Indrì, Ġakbu, Ġwanni, Filippu, Bartilmew, Mattew, Tumas, Ġakbu ta’ Alfew, Xmun imlaqqam l-Imħeġġeġ, Ġuda ta’ Ġakbu, u Ġuda l-Iskarjota, li mbagħad ittradieh… Kompli aqra »

Quddies fil-festa tal-Qaddisin Kollha u fit-Tifkira tal-Mejtin Kollha

Nhar il-Ħadd, l‑1 ta’ Novembru 2020, fid-9:30 a.m., l‑Arċisqof Charles Jude Scicluna ser jiċċelebra quddiesa fil‑festa tal‑Qaddisin Kollha, fil‑Konkatidral ta’ San Ġwann, il‑Belt Valletta. Waqt il-quddiesa tliet seminaristi fil‑ħames sena ta’ preparazzjoni fis‑Seminarju, ser jitolbu lill‑Arċisqof biex jaċċettahom uffiċjalment bħala kandidati għall‑Ordinazzjoni Djakonali u Saċerdotali.

It-Tnejn, 2 ta’ Novembru, fid-9:30 a.m., fit‑Tifkira tal‑Mejtin Kollha, l‑Arċisqof ser jiċċelebra quddiesa fil‑Knisja taċ‑Ċimiterju tal‑Addolorata, Raħal Ġdid, b’suffraġju għal ruħ il-mejtin kollha, b’mod speċjali għall‑vittmi tal‑COVID‑19… Kompli aqra »