Inkunu bħaż-żerriegħa tal-mustarda u l-ħmira – L-Arċisqof
27/10/2020 Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-FurjanaL-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna
Il-loġika ta’ Ġesù hija ftit differenti minn tagħna l-bnedmin. Aħna ħafna drabi, biex nimpressjonaw, naħsbu f’affarijiet kbar li jolqtu mill-ewwel l-għajn, li forsi jagħmlu ħafna ħoss.
Iż-żewġ tixbihat li juża’ Ġesù fl-Evanġelju tal-lum mill-kapitlu 13 tal-Evanġelju ta’ San Luqa, huma tixbihat ta’ affarijiet ċkejknin: iż-żerriegħa tal-mustarda ċkejkna, ċkejkna li tikber biż-żmien u ssir arbuxell. It-tradizzjoni tagħna tgħid siġra imma hija propju arbuxell kbir li tant ikun b’saħħtu li l-għasafar jistrieħu fuqu u anke jagħmlu xi bejta fiha… Kompli aqra »