Live: Il-Papa joħloq 13-il kardinal ġdid
28/11/2020 Il-Bażilika ta' San Pietru, il-VatikanIllum, is-Sibt, 28 ta’ Novembru 2020, fl-4pm, il-Knisja se jkollha 13-il kardinal ġdid. Disgħa minnhom huma iżgħar minn 80 sena u għalhekk, għandhom id-dritt jipparteċipaw f’konklavi. L-erbgħa l-oħra għandhom aktar minn 80 sena.
Tnejn mill-kardinali l-ġodda jaħdmu fil-Kurja Rumana: Is-Segretarju Ġenerali tas-Sinodu tal-Isqfijiet, l-Isqof Emeritu Mario Grech, u Marcello Seme, l-Isqof Emerity ta’ Albano u l-Prefett il-ġdid tal-Kongregazzjoni tal-Kawżi tal-Qaddisin.
Magħhom se jingħaqdu wkoll sitt mexxejja oħra Kattoliċi minn madwar id-dinja: l-Arċisqof ta’ Kilgali fir-Rwanda, Antoine Kambanda; l-Arċisqof ta’ Washington, l-Istati Uniti, Wilton Gregory; l-Arċisqof ta’ Capiz fil-Filippini, Jose Fuerte Advincula; l-Arċisqof ta’ Santiago, iċ-Ċilì, Celestino Aós Braco; il-Vigarju Appostoliku tal-Brunej, Cornelius Sim; u l-Arċisqof ta’ Siena fl-Italja, Augusto Paolo Lojudice… Kompli aqra »