Arkivji mensili: Novembru 2020

Fondi Ewropej għar-restawr tal-kappella Santa Marija tal-Ħlas fiż-Żejtun

  Il-Kappella ta' Santa Marija tal-Ħlas, iż-Żejtun

Fil-ġimgħat li ġejjin se jibda r-restawr tal-kappella ta’ Santa Marija tal-Ħlas b’investiment ta’ madwar €130,000, ko-finanzjati b’fondi Ewropej. Id-dettalji dwar il-proġett tħabbru mis-Segretarju Parlamentari għall-Fondi Ewropej Stefan Zrinzo Azzopardi, mis-Segretarju Amministrattiv tal-Arċidjoċesi ta’ Malta Michael Pace Ross, u mill-Arċipriet taż-Żejtun Dun Nicholas Pace.

Waqt il-konferenza tal-aħbarijiet ġie spjegat li l-istruttura tal-kappella ddeterjorat ħafna minħabba dħul ta’ ilma mis-saqaf u l-umdità. B’dan l-investiment se jinbnew ħames strutturi fuq in-naħa tan-Nofsinhar tal-kappella biex jissaħħaħ il-ħajt u b’hekk jissaħħu l-ħnejjiet tas-saqaf tal-kappella… Kompli aqra »

Id-dar ta’ Alla mhijiex għar tal-ħallelin – L-Isqof Galea-Curmi

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

Il-ġrajja ta’ meta Ġesù daħal fit-tempju u keċċa l-bejjiegħa mit-tempju hi ġrajja li nsibuha fl-Evanġelji kollha. F’San Luqa nsibu inqas dettalji, insibuha fil-qosor, imma joħroġ ukoll tajjeb ir-rabja li kellu Ġesù hu u jkeċċi dawn il-bejjiegħa mit-tempju, xi ħaġa li qatt ma kien għamel.

Għaliex Ġesù rrabja daqshekk? Ġesù ried jieħu azzjoni drastika, li biha jagħti messaġġ qawwi lin-nies ta’ żmienu, u lilna wkoll… Kompli aqra »

Quddiesa u Rużarju – 21 ta’ Novembru, 9:30am

  Il-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 21 ta’ Novembru

Il-Preżentazzjoni tal-Verġni Marija 
Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Żak 2, 14-17
Salm: Lq 1, 46-55

L-Evanġelju: Mt 12, 46-50

F’dak iż-żmien: Kif Ġesù kien qiegħed ikellem lin-nies, ġew ommu u ħutu, waqfu barra u fittxew li jkellmuh. Xi ħadd qallu: “Ara, ommok u ħutek qegħdin barra ifittxu li jkellmuk.” Iżda hu wieġeb lil dak li kellmu, u qallu: “Min hi ommi? … Kompli aqra »

Aktar minn 1,500 post vakanti għall-istudenti

Dħul fl-iskejjel tal-Knisja fl-2021

Ir‑Regolamenti għad‑Dħul fl‑Iskejjel tal‑Knisja għas‑sena skolastika 2021‑2022 ġew ippubblikati hawnhekk. B’kollox ser ikun hemm 1,582 post vakanti għall‑istudenti. Minħabba l‑pandemija COVID‑19 l‑applikazzjonijiet se jsiru kollha online. L‑applikazzjonijiet tal‑ewwel kriterju jintlaqgħu bejn is‑27 ta’ Novembru u s‑7 ta’ Diċembru 2020. L‑applikazzjonijiet ta’ “Applikanti l‑Oħra” jintlaqgħu bejn id‑29 ta’Jannar u t‑12 ta’ Frar 2021.

Il‑proċess tad‑dħul fl‑iskejjel tal‑Knisja jiddetermina d‑dħul fl‑ewwel u t‑tieni sena kindergarten, fl‑ewwel sena primarja u fl‑ewwel sena sekondarja… Kompli aqra »

Il-Knisja tniedi “Beyond GDP” flimkien ma’ EY, Seed Consultancy u APS Bank

L-ekonomija ta' għada ma titkejjilx fuq it-tkabbir ekonomiku biss imma wkoll fuq il-kwalità tal-ħajja

Il‑Kummissjoni Ġustizzja u Paċi kemm‑il darba saħqet dwar bidla fil‑mudell ekonomiku attwali u l‑ħtieġa li t‑tkabbir ekonomiku ma jitkejjilx biss fuq il‑Prodott Domestiku Gross. Dan għaliex il‑mudell ekonomiku preżenti mhux kapaċi jiggarantixxi rispett sħiħ lejn l‑ambjent u l‑kwalità tal‑ħajja taċ‑ċittadini.

Ispirata mil‑laqgħa internazzjonali “L‑Ekonomija ta’ Franġisku” li qed issir bħalissa f’Assisi, il‑Kummissjoni Ġustizzja u Paċi qed tniedi l‑inizjattiva Beyond GDP b’ħidma mal‑fergħat Maltin tal‑Moviment tal‑Fokolari u l‑Fondazzjoni Centesimus Annus Pro Pontifice, flimkien mal‑kumpaniji EY u Seed Consultancy bl‑appoġġ ta’ APS Bank… Kompli aqra »

L-Arċisqof jiltaqa’ mal-MCESD biex jiddiskutu l-effett tal-COVID-19

L-Arċisqof Charles Scicluna laqa’ lill-Ministru Carmelo Abela u lill-membri tal-Kunsill Malti għall-Iżvilupp Ekonomiku u Soċjali, l-MCESD biex jiddiskutu l-effett tal-pandemija f’Malta.

Il-laqgħa informali, li saret il-Ħamis, 19 ta’ Novembru fil-Kurja tal-Arċisqof il-Furjana, serviet biex l-Arċisqof jisma’ mingħand l-imsieħba soċjali l-isfidi li qed jiltaqgħu magħhom waqt il-pandemija. Filwaqt li rrikonoxxa l-għajnuna li l-Istat qiegħed joffri biex jassisti lill-ħaddiema, Mons. Arċisqof semma d-diffikultajiet li l-familji qed jiltaqgħu magħhom ta’ kuljum f’din il-kriżi… Kompli aqra »

Quddiesa u Rużarju – 20 ta’ Novembru, 9:30am

  Il-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 20 ta’ Novembru

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Apok 10, 8-11
Salm: 118 (119), 14.24.72.103.111.131

L-Evanġelju: Lq 19,45-48.

F’dak iż-żmien, Ġesù daħal fit-tempju, u qabad ikeċċi ’l barra l-bejjiegħa u jgħidilhom: “Hemm miktub: “Id-dar tiegħi tkun dar it-talb”. Iżda intom għamiltuha għar tal-ħallelin”. U kien jgħallem kuljum fit-tempju. Il-qassisin il-kbar u l-kittieba u l-kbarat tal-poplu kienu jfittxu li jeqirduh; iżda ma kinux jafu x’jaqbdu jagħmlu, għax il-poplu kollu kien imqabbad miegħu biex jisimgħu… Kompli aqra »

“Nitlob u nbierek lill-edukaturi kollha li b’kuraġġ kbir jgħidulna x’inhu tassew ta’ ġid għalina” – L-Arċisqof

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Il-bikja ta’ Ġesù fuq Ġerusalemm tintroduċina għall-aħħar żmien tas-sena liturġika fejn il-kliem ta’ Ġesù u s-siltiet tal-Evanġelju jitkellmu dwar it-tmiem ta’ Ġerusalemm, it-tmien tad-dinja, it-tmiem ta’ kull wieħed u waħda minna f’din il-ħajja.

Il-Mulej Ġesù jibki fuq Ġerusalemm (ara Lq 19:45). Fil-bikja ta’ mħabba, ta’ diqa u ta’ dulur għal din il-belt li huwa ħabb u li fiha kellu jiġi kkundannat ’il barra mill-ħitan tagħha, kellu jiġi msallab, midfun u mbagħad jirxoxta… Kompli aqra »