Arkivji mensili: Novembru 2020

L-Evanġelju tal-jum: 24 ta’ Novembru

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Apok 14, 14-19
Salm: 95 (96), 10.11-12.13

L-Evanġelju: Lq 21, 5-11

F’dak iż-żmien, kien hemm xi wħud li bdew jgħidu fuq kemm it-tempju kien imżejjen b’ġebel sabiħ u għotjiet; iżda Ġesù qalilhom: “Kulma qegħdin taraw, għad jiġi żmien li ma tibqax ġebla fuq oħra minnu li ma tiġġarrafx”.

U huma staqsewh u qalulu: “Mgħallem, issa dan meta għad jiġri? … Kompli aqra »

Kulħadd jiġi ġġudikat fuq kriterju wieħed: il-kriterju tal-imħabba – L-Arċisqof

Ċelebrazzjoni Djoċesana fil-festa liturġika ta’ Kristu Re

  Il-Bażilika Minuri ta' Kristu Re, Raħal Ġdid

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Fit-3 ta’ Ottubru li għadda tas-sena 2020, il-Qdusija Tiegħu l-Papa Franġisku tana dokument ġdid li huwa l-iżjed dokument riċenti fis-sensiela ta’ dokumenti prezzjużi u għeżież li s-suċċessuri ta’ Pietru tawna fid-duttrina soċjali tal-Knisja. Din is-serje bdiet fl-1891 mill-Papa Ljun XIII bl-enċiklika Rerum Novarum u diversi papiet matul is-snin f’dawn l-aħħar seklu u nofs komplew iżidu mat-tagħlim soċjali tal-Knisja… Kompli aqra »

Tiġi saltnatek – L-Isqof Galea-Curmi

Quddiesa fis-Solennità ta’ Kristu Re

  Il-Knisja Parrokkjali tal-Lunzjata, Ħal Balzan

It-titlu ‘sultan’ jew ‘re’, meta nużawh għal Kristu, għal ħafna min-nies ma jinftihemx. Għax aħna, ħafna drabi, f’moħħna l-idea ta’ sultan hu ta’ xi ħadd tal-passat, li taqra fuqu fl-istejjer; jew inkella xi ħadd li għandu pożizzjoni importanti, ta’ unur, imma mingħajr effett reali fuq il-ħajja tan-nies. U Ġesù Kristu la hu xi ħadd tal-passat biss, u lanqas għandu jkun xi ħadd mingħajr influwenza fuq il-ħajja tan-nies… Kompli aqra »

Quddiesa u Rużarju – 23 ta’ Novembru, 9:30am

  Il-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

L-Evanġelju ta-jum: 23 ta’ Novembru

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Apok 14, 1-3.4b-5
Salm: 23 (24), 1-2.3-4ab.5-6

L-Evanġelju: Lq 21, 1-4

F’dak iż-żmien, Ġesù rafa’ għajnejh u ra l-għonja jitfgħu l-offerti tagħhom fit-teżor tat-tempju. U ra wkoll waħda armla fqira titfa’ biċċtejn żgħar tal-flus, u qal: “Ngħidilkom is-sew, din l-armla fqira tefgħet iktar minnhom ilkoll. Għax dawn kollha għamlu offerti miż-żejjed tagħhom, imma hi, fil-faqar tagħha, tefgħet dak kollu li kellha biex tgħix”… Kompli aqra »

Inti maħluq għall-ġenna! – L-Arċisqof

Quddiesa fil-festa ta’ Sidna Ġesù Kristu, Sultan tal Ħolqien Kollu

  Il-kappella taċ-ċimiterju ta' Wied Għammieq, il-Kalkara

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Meta Ġesù għallimna nitolbu, għallimna ngħidu wkoll: “Tiġi saltnatek” (Mt 6:10). Quddiem Pilatu jammetti li huwa sultan (ara Mt 26:11).

Il-qari li għadna kemm smajna mill-Evanġelju ta’ San Mattew huwa l-aħħar diskors ta’ Ġesù qabel jibda l-mixja tal-passjoni tiegħu. Fil-fatt, kif jispiċċa dan id-diskors li għadna kemm smajna, Ġesù jħabbar li għandu bżonn imur Ġerusalemm u jsallbuh. Għalhekk, huwa diskors importanti li fih iħabbar li hu sultan u l-mod kif se jsaltan… Kompli aqra »

Il-Papa lill-ekonomisti ż-żgħar: jew tieħu sehem jew inkella l-istorja se tgħaddi minn fuqkom

Pope Francis opened his video message by congratulating the young people attending virtually for their commitment and determination in the period leading up to and during the event. “You have not left out anything that gives you joy, worries you, outrages you, and pushes you to change”, he said.

Addressing the participants of the meeting “the Economy of Francis” in Assisi from 19 – 21 November, Pope Francis recalls that the “original” idea was to meet in Assisi to be inspired on the footsteps of St Francis… Kompli aqra »

Live: Iċ-ċelebrazzjoni djoċesana fil-festa ta’ Kristu Re 2020

  Il-Bażilika Minuri ta' Kristu Re, Raħal Ġdid

Illum fil-5pm, fil-festa liturġika ta’ Kristu Re, l‑Arċisqof Charles Jude Scicluna flimkien mal‑Isqof Awżiljarju Joseph Galea‑Curmi se jieħu sehem fiċ‑ċelebrazzjoni djoċesana li se ssir fil-Bażilika Minuri ta’ Kristu Re, Raħal Ġdid.

Matul iċ-ċelebrazzjoni se tingħad it‑talba ta’ filgħaxija (l‑għasar) u wara, l‑Arċisqof iwassal il‑messaġġ tiegħu f’din il‑festa importanti għall‑Insara u jagħti l‑barka sagramentali. Qabel iċ‑ċelebrazzjoni ser ikun hemm servizz ta’ qrar u wara jkun hemm quddiesa… Kompli aqra »

Quddiesa tal-Ħadd – 22 ta’ Novembru, 9:30am

  Il-Kappella ta' Wied Għammieq, il-Kalkara

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-Ħadd: 22 ta’ Novembru

Sidna Ġesù Kristu Sultan tal-Ħolqien Kollu – Solennità
Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Eżek 34, 11-12.15-17
Salm: 22 (23), 1-2a.2b-3.5-6
It-Tieni Qari: 1 Kor 15, 20-26.28

L-Evanġelju: Mt 25, 31-46

F’dak iż-żmien, Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu: “Meta jiġi Bin il-bniedem fil-glorja tiegħu u bl-anġli kollha miegħu, imbagħad joqgħod fuq it-tron glorjuż tiegħu. U quddiemu jinġabru l-ġnus kollha, u hu jifridhom minn xulxin, bħalma r-ragħaj jifred in-nagħaġ mill-mogħoż: in-nagħaġ iqegħedhom fuq il-lemin tiegħu u l-mogħoż fuq ix-xellug… Kompli aqra »