Yearly Archives: 2020

Quddies tal-Ħadd – 10 ta’ Mejju

Il-Ħames Ħadd tal-Għid

  Il-Mellieħa, Ħal Balzan

Quddiesa bil-Malti mis-Santwarju tal-Madonna tal-Mellieħa fid-9:30am

Quddiesa bl-Ingliż mis-Santwarju tal-Madonna tal-Mellieħa fl-10:30am

Quddiesa bil-Malti mill-Knisja Parrokkjali tal-Lunzjata f’Ħal Balzan fil-11:30am

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment… Kompli aqra »

Quddiesa għaż-Żgħażagħ – 9 ta’ Mejju, 7pm

Il-Ħames Ħadd tal-Għid

  Il-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

Qari u kant tal-Quddiesa

Ċelebrant: Fr Brendan Gatt
Animazzjoni: The New Victorians

♫ Rise ♫

Your love will never fail,
You’re steadfast

Your promises are true,
You’re faithful

You cover all my sins
with forgiveness

My eyes have seen Your Ways,
Your goodness

Love and faithfulness meet
We behold Your glory
Righteousness and peace kiss
Heaven’s all around us

Spring up, Oh Well,
living water rise within us

Spring up, Oh Well,
Holy Spirit deep within us
Rise

Heaven is all around us
Heaven is all around us

Qari I

Għażlu sebat irġiel mimlijin bl-Ispirtu s-Santu… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-Ħadd: 10 ta’ Mejju

Il-Ħames Ħadd tal-Għid
Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Atti 6, 1-7
Salm: 32 (33), 1-2.4-5.18-19
It-Tieni Qari: 1 Piet 2, 4-9

L-Evanġelju: Ġw 14, 1-12

F’dak iż-żmien, Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu: “Tħallux qalbkom titħawwad! Emmnu f’Alla, u emmnu fija wkoll. Fid-dar ta’ Missieri hemm ħafna postijiet. Li ma kienx hekk, kont ngħidilkom: “Sejjer inħejjilkom fejn toqogħdu?”. U meta mmur u nħejjilkom post, nerġa’ niġi biex neħodkom miegħi biex, fejn inkun jien, tkunu intom ukoll… Kompli aqra »

Vlogg tal-Arċisqof: Jum l-Omm ‘fil-Ħlewwa ta’ Mejju’

  Il-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

Fuq xewqa tal‑Arċisqof, il‑Quddies ta’ għada l‑Ħadd 10 ta’ Mejju, Jum l‑Omm, se jixxandar minn santwarju Marjan – is‑santwarju nazzjonali tal‑Madonna tal‑Mellieħa. Hemmhekk, l‑Arċisqof ser jitlob għall‑ommijiet kollha, b’mod speċjali dawk li għaddejjin minn żmien diffiċli, u wkoll għal dawk li jixtiequ jsiru ommijiet.

Il‑Quddiesa bil‑Malti fid‑9:30am se tixxandar fuq TVM2, il-paġna ta’ Facebook u l-YouTube Channel tal-Arċidjoċesi ta’ Malta fis-6:30pm fuq TVM2… Kompli aqra »

San Ġorġ Preca kien jinsisti li neħtieġu nitgħallmu naħfru lil xulxin – L-Arċisqof

Quddiesa fil-festa ta' San Ġorġ Preca

  ll‑Kappella ta’ Sidtna Marija tal‑Midalja Mirakoluża, il‑Blata l‑Bajda

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Għalina l-Maltin u l-Għawdxin dan il-jum għażiż li jfakkarna fil-beatifikazzjoni ta’ San Ġorġ Preca bid-deċiżjoni u bil-preżenza fostna ta’ qaddis ieħor San Ġwann Pawlu II, propju fid-9 ta’ Mejju 2001 huwa jum għażiż. Dakinhar kien ukoll il-jum tal-beatifikazzjoni tal-Beatu Nazju Falzon u tal-Beata Adeodata Pisani.

Filgħaxija ta’ dak il-jum San Ġwann Pawlu II daħal f’din il-kappella bħala l-ewwel pellegrin jinvista l-fdalijiet għeżież ta’ San Ġorġ Preca li mbagħad kellu jkun ikkanonnizzat mis-suċċessur ta’ San Ġwann Pawlu II: Benedittu XVI fit-3 ta’ Ġunju 2007… Kompli aqra »

Talba għad-don tas-saħħa bl-interċessjoni ta’ San Ġorġ Preca

Il-festa ta' San Ġorġ Preca

Illum l‑Arċisqof ser jiċċelebra Quddiesa mill‑Kappella ta’ Sidtna Marija tal‑Midalja Mirakoluża, il‑Blata l‑Bajda, fejn jinsabu meqjuma l‑fdalijiet ta’ San Ġorġ Preca. Matul din il‑Quddiesa u r‑Rużarju l‑Arċisqof ser jitlob bl‑interċessjoni ta’ San Ġorġ biex il‑Mulej ikompli jagħti lill‑pajjiżna d‑don tas‑saħħa. Din il‑Quddiesa ser tixxandar b’mod dirett fid‑9:30am fuq TVM2 u l-paġna ta’ Facebook. Wara l‑Quddiesa jixxandar dokumentarju ‘Il‑Bixra ta’ Dun Ġorġ’, bi produzzjoni tas‑soċjetà tal‑M.U.S.E.U.M… Kompli aqra »

Quddies tas-Sibt – 9 ta’ Mejju

Festa ta' San Ġorġ Preca

  Il-Furjana u Blata l-Bajda

Quddiesa u Rużarju mill‑Kappella tal‑Midalja Mirakoluża, il-Blata l‑Bajda fid-9:30am

Segwi l-qari tal-Quddiesa tas-Sibt hawnhekk.

Quddiesa għaż-Żgħażagħ minn Fr Brendan Gatt fis-7pm

Segwi l-qari u l-kant tal-Quddiesa tal-Ħadd hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 9 ta’ Mejju

San Ġorġ Preca, Presbiteru – Festa
Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Sir 21, 11-17, 21 jew 2 Tim 2, 1-11
Salm: 119, 33-42

L-Evanġelju: Mk 16, 14a. 15-20

Fl-aħħar Ġesù wera ruħu lill-ħdax stess waqt li kienu fuq il-mejda, u qalilhom: “Morru fid-dinja kollha, xandru l-Evanġelju lill-ħolqien kollu. Min jemmen u jitgħammed, isalva; iżda min ma jemminx, ikun ikkundannat… Kompli aqra »

Ftehim għar-restawr tal-Knisja l-Qadima ta’ Birkirkara

Ix‑xogħlijiet mistennija jitlestew sal‑2024

  Il-Knisja Parrokkjali ta' Santa Marija, Birkirkara

(Quddiem lemin): Roberto Buontempo u Norbert Gatt, (wara lemin): Michael Pace Ross, il-Ministru Josè Herrera u l-Kappillan Reuben Deguara

Il‑Kurja tal‑Arċisqof iffirmat ftehim mad‑Direttorat tar‑Restawr tal-Gvern li se jwassal għar‑restawr tal‑Knisja l‑Qadima ta’ Birkirkara permezz ta’ fondi pubbliċi, wara li jsiru l‑istudji u t‑testijiet ġeotekniċi meħtieġa ffinanzjati mill‑Knisja. Il‑ftehim ġie ffirmat illum minn Roberto Buontempo, Kap tal‑Propjetà tal‑Arċidjoċesi ta’ Malta, u Norbert Gatt mid‑Direttorat tar‑Restawr… Kompli aqra »