Fuq xewqa tal‑Arċisqof, il‑Quddies ta’ għada l‑Ħadd 10 ta’ Mejju, Jum l‑Omm, se jixxandar minn santwarju Marjan – is‑santwarju nazzjonali tal‑Madonna tal‑Mellieħa. Hemmhekk, l‑Arċisqof ser jitlob għall‑ommijiet kollha, b’mod speċjali dawk li għaddejjin minn żmien diffiċli, u wkoll għal dawk li jixtiequ jsiru ommijiet.

Il‑Quddiesa bil‑Malti fid‑9:30am se tixxandar fuq TVM2, il-paġna ta’ Facebook u l-YouTube Channel tal-Arċidjoċesi ta’ Malta fis-6:30pm fuq TVM2. u l-YouTube Channel tal-Arċidjoċesi ta’ Malta. Il‑Quddiesa bl‑Ingliż li fl-10:30pm se tixxandar fuq il-paġna ta’ Facebook u l-YouTube Channel tal-Arċidjoċesi ta’ Malta fis-6:30pm fuq TVM2.

Kulħadd huwa mistieden jingħaqad mal‑Arċisqof għal dawn il‑mumenti ta’ talb.


Idħol hawn u agħfas SUBSCRIBE biex iżomm lilek innifsek aġġornat permezz tax-xandiriet tal-Arċidjoċesi ta’ Malta fuq YouTube.