Yearly Archives: 2020

Dawl li jiddi fid-dlam – L-Isqof Galea-Curmi

Quddiesa offruta f'suffraġju tal-ħames vittmi tal-Covid-19 u għal dawk l-eluf ta' nies li tilfu ħajjithom b'din il-pandemija

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa, il-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

L-Omelija tal-Isqof Awżiljarju Joseph Galea-Curmi

“Jiena huwa d-dawl li ġejt fid-dinja biex kull min jemmen fija ma jibqax fid-dlam”. Dan hu l-kliem li smajna lil Ġesù jgħid fl-Evanġelju llum, u jgħidu b’leħen għoli.

San Ġwann l-Evanġelista jenfasizza ħafna dan il-kuntrast bejn id-dawl u d-dlam. Id-dawl jirreferi għal Ġesù u dak li hu tajjeb, u d-dlam il-kontra, għal dak li hu ħażin. Sa mill-bidu tal-Evanġelju, fil-Prologu, jgħid li “Id-dawl jiddi fid-dlam, imma d-dlam ma għelbux” (Ġw 1:5).  Iktar ’il quddiem ukoll Ġesù stess jgħid: “Jiena d-dawl tad-dinja… Kompli aqra »

Stieden lil xi ħadd…

Biex flimkien nitolbu għad-don tas-saħħa

Il‑Quddies organizzat mill‑Arċidjoċesi ta’ Malta qed jixxandar:

  • Mit‑Tnejn sas‑Sibt fid‑9:30am mill‑Kappella tal‑Madonna ta’ Manresa, fil‑Kurja tal‑Arċisqof, il‑Furjana. Wara l‑Quddiesa tingħad it‑talba tar‑Rużarju. Dan il‑ħin ta’ talb jiġi mtenni fuq TVM2 fil‑5:30pm mit‑Tnejn sal‑Ġimgħa.
  • Is‑Sibt filgħaxija tixxandar Quddiesa għaż‑żgħażagħ mill‑bitħa tal‑Kurja tal‑Arċisqof. Din tixxandar fuq il‑paġna ta’ Facebook u l‑YouTube channel tal‑Arċidjoċesi ta’ Malta, u fuq radju 103…
  • Kompli aqra »

Quddiesa u Rużarju mill-Kurja tal-Arċisqof – 6 ta’ Mejju, 9:30am

  Il-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek.
Ħeġġiġni bl-imħabba għalik biex f’ħajti u f’mewti jiena nemmen fik,
nitma’ fik
u nibqa’ nħobbok għal dejjem… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 6 ta’ Mejju

L-Erbgħa tar-Raba’ Ġimgħa tal-Għid
Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Atti 12, 24 – 13, 5a
Salm: 66 (67), 2-3.5.6 u 8

L-Evanġelju: Ġw 12, 44-50

F’dak iż-żmien, Ġesù għolla leħnu u qal: “Min jemmen fija jkun qiegħed jemmen mhux fija imma f’min bagħatni; u min jara lili jkun qiegħed jara lil min bagħatni. Jiena huwa d-dawl li ġejt fid-dinja biex kull min jemmen fija ma jibqax fid-dlam… Kompli aqra »

Il-Mulej ma jitlaqniex anki meta nidinbu – L-Arċisqof

Quddiesa offruta għall-ġenituri kollha biex fil-familji tagħhom ikunu ragħajja skont il-qalb ta’ Ġesù u għal dawk li qed jitolbu li jsiru ġenituri

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa, il-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Il-festa tal-konsagrazzjoni tat-tempju kienet festa għażiża ħafna minn dejjem għall-poplu Lhudi. Kienet festa li tfakkar ukoll ir-rebħa tal-poplu Lhudi fuq tentattiv li tnessihom il-fidi ta’ missirijiethom. Kienet it-tifkira ta’ meta l-Makkabej reġgħu ħadu t-tempju f’idejhom u kkonsagrawh lill-Mulej.

F’dan il-kuntest il-Lhud jistaqsu lil Ġesù dwar l-identità tiegħu: “Jekk inti l-Messija għidilna ċar u tond” (Ġw 10:24). Il-Mulej fir-risposta tiegħu ma jiċħadx imma jikkonferma l-identità tiegħu… Kompli aqra »

Quddiesa u Rużarju mill-Kurja tal-Arċisqof – 5 ta’ Mejju, 9:30am

  Il-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek.
Ħeġġiġni bl-imħabba għalik biex f’ħajti u f’mewti jiena nemmen fik,
nitma’ fik
u nibqa’ nħobbok għal dejjem… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 5 ta’ Mejju

It-Tlieta tar-Raba’ Ġimgħa tal-Għid
Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Atti 11, 19-26
Salm: 86 (87), 1-3.4-5.6-7

L-Evanġelju: Ġw 10, 22-30

F’Ġerusalemm ħabtet il-festa tal-Konsagrazzjoni tat-tempju. Kienet ix-xitwa, u Ġesù kien miexi minn naħa għal oħra tat-tempju, fil-loġġa ta’ Salamun. Il-Lhud daru miegħu u qalulu: “Kemm se ddum taqlgħalna ruħna? Jekk inti l-Messija għidilna ċar u tond”.

Weġibhom Ġesù: “Għedtilkom u intom ma temmnux… Kompli aqra »

Indulġenza Plenarja għas-Sena tal-Ġublew li jfakkar it-800 sena mill-martirju ta’ Sant’Anġlu ta’ Ġerusalemm Karmelitan

Il-Kappella ta’ Forti Sant’Anġlu armata għal din l-okkażjoni mill-Parroċċa tal-Birgu u Heritage Malta. Ritratt: Pierre Balzia

F’għeluq it-800 sena mill-martirju ta’ Sant’Anġlu ta’ Ġerusalemm, il-Penitenzjerija Appostolika tat l-indulġenza Plenarja għas-sena 2020-2021 mill-5 ta’ Mejju sa għeluq il-Ġublew fl-istess data. L-indulġenza tinkiseb:

  • fis-Santwarju ta’ Sant’Anġlu f’Licata
  • fil-‘Knisja Omm’ ta’ Sant’Angelo Muxaro, fejn il-qaddis qatta’ żmien bħala eremita fl-għerien kif ukoll evanġelizza in-nies tal-post, 
  • fl-Arċidjoċesi ta’ Agrigento,
  • fil-knejjes Karmelitani kollha mxerrda madwar id-dinja, u 
  • fil-knejjes u l-kappelli li fihom hemm il-kult ta’ Sant’Anġlu jew huma ddedikati lilu. 

Hawn Malta, insibu ħjiel ta’ devozzjoni antika lejn Sant’Anġlu ta’ Ġerusalemm, li tmur lura sa 54 sena minn wara mewtu… Kompli aqra »

Ragħaj li jagħti ħajtu – L-Isqof Galea‑Curmi

Quddiesa offruta għall-mexxejja kollha tad-dinja biex iħarsu u jiddefendu l-bnedmin kollha

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa, il-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

L-Omelija tal-Isqof Awżiljarju Joseph Galea-Curmi

Meta Ġesù jsemmi r-ragħaj it-tajjeb, u jgħid li hu r-Ragħaj it-Tajjeb, jitkellem fuq diversi karatteristiċi ta’ dan ir-ragħaj it-tajjeb. Imma fl-Evanġelju tal-lum hemm karatteristika waħda li jenfasizza: “Ir-ragħaj it-tajjeb jagħti ħajtu għan-ngħaġ tiegħu”. Ħames darbiet isemmi fl-Evanġelju tal-lum din l-għotja.

Meta nisimgħu l-kliem “jagħti ħajtu”, mal-ewwel niftakru f’Ġesù fuq is-salib. Hemmhekk verament għandna l-milja ta’ din l-għotja. Fuq is-salib jagħti ħajtu, imut, biex aħna jkollna l-ħajja… Kompli aqra »