Il‑Quddies organizzat mill‑Arċidjoċesi ta’ Malta qed jixxandar:

  • Mit‑Tnejn sas‑Sibt fid‑9:30am mill‑Kappella tal‑Madonna ta’ Manresa, fil‑Kurja tal‑Arċisqof, il‑Furjana. Wara l‑Quddiesa tingħad it‑talba tar‑Rużarju. Dan il‑ħin ta’ talb jiġi mtenni fuq TVM2 fil‑5:30pm mit‑Tnejn sal‑Ġimgħa.
  • Is‑Sibt filgħaxija tixxandar Quddiesa għaż‑żgħażagħ mill‑bitħa tal‑Kurja tal‑Arċisqof. Din tixxandar fuq il‑paġna ta’ Facebook u l‑YouTube channel tal‑Arċidjoċesi ta’ Malta, u fuq radju 103.
  • Il‑Ħadd fid‑9:30am tiġi ċċelebrata Quddiesa bil‑Malti fuq TVM2; u fl‑10:30am fuq Facebook u YouTube tiġi ċċelebrata Quddiesa bl‑Ingliż, mill‑Knisja ta’ San Franġisk, il‑Ħamrun. Il‑Quddiesa bl‑Ingliż tixxandar fuq TVM2 fis‑6:30pm.

Flimkien nitolbu għas-saħħa tal-poplu tagħna u għal dawk kollha fil-bżonn.


Idħol hawn u agħfas SUBSCRIBE biex iżomm lilek innifsek aġġornat permezz tax-xandiriet tal-Arċidjoċesi ta’ Malta fuq YouTube.