Yearly Archives: 2020

Min jiltaqa’ magħna, jagħraf li fina jgħammar is-sliem li jagħtina Ġesù? – L-Arċisqof

Quddiesa b'talb biex il-Mulej iqawwi l-fidi tagħna fih fiċ-ċirkustanzi tal-lum

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa, il-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Fl-ewwel jum tal-ġimgħa dakinhar tal-irxoxt, wara li d-dixxipli ta’ Għemmaws kienu rritornaw lejn sħabhom u tgħarrfu lill-oħrajn x’kien ġralhom u kif għarfu lil Ġesù fil-qsim tal-ħobż, Ġesù nnifsu jieqaf f’nofs id-dixxipli tiegħu u jagħtihom l-ikbar tislima: “Is-sliem għalikom” (Lq 24:36) jew inkella, kif nafuha u kif nużaw ukoll fil-Liturġija: il-Paċi Magħkom. Din hija t-tislima ta’ Kristu rxoxt, it-tislima li biha l-isqof fl-Ewkaristija jsellem lil poplu ta’ Alla għax hija t-tislima ta’ Ġesù stess… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 16 ta’ April

Il-Ħamis tal-Ottava tal-Għid
Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Atti 3, 11-26
Salm: 8, 2a u 5.6-7.8-9

L-Evanġelju: Lq 24, 35-48

F’dak iż-żmien, id-dixxipli ta’ Għemmaws kienu qegħdin itarrfu x’kien ġralhom fit-triq, u kif kienu għarfu lil Ġesù fil-qsim tal-ħobż. Kif kienu għadhom jitkellmu, Ġesù nnifsu waqaf f’nofshom u qalilhom: “Is-sliem għalikom!”. Huma twerwru bil-biża’ għax ħasbu li qegħdin jaraw xi fantażma… Kompli aqra »

Talba mill-Isqfijiet Maltin lill-Vatikan biex jintervjeni fir-rilokazzjoni ta’ migranti li jiġu salvati mill-baħar

Il-Konferenza Episkopali Maltija bagħtet ittra lill-Vatikan indirizzata lill-Kardinal Pietro Parolin, is-Segretarju tas-Sanata Sede, sabiex jintervjeni mal-istati l-oħra membri tal-Unjoni Ewropea u jitlobhom jappoġġjaw lil Malta billi jaċċettaw rilokament tal-migranti kollha abbord jew uħud minnhom.

Waħda mir-raġunijiet li ssemmiet kienet li l-pajjiż għadu kif daħħal 64 migrant minn fuq il-baħar bit-total għal din is-sena jitla’ għal 1,200 ruħ. Minkejja li matul is-snin sar rilokament ta’ migranti li jiddaħħlu f’Malta mill-baħar, xorta l-biċċa l-kbir jibqgħu f’pajjiżna… Kompli aqra »

Pellegrinaġġ privat ta’ San Girgor mill-Arċisqof

  Iż-Żejtun

Illum, 15 ta’ April 2020 l-Arċisqof Charles Jude Scicluna għamel b’mod privat il-pellegrinaġġ ta’ San Girgor, mill-Kappella ta’ San Klement fejn għamel mument ta’ talb, sal-Knisja ta’ San Girgor, iż-Żejtun, fejn l-Arċisqof ta wkoll il-barka.

Dan il-pellegrinaġġ is-soltu jsir ta’ kull sena l-Erbgħa fuq l-Għid il-Kbir tal-Mulej u f’ċirkustanzi normali jattendu għadd kbir ta’ nies, fosthom il-Kapitlu tal-Katidral u l-fratellanzi. Il-purċissjoni kienet bdiet issir fl-1543, ftit snin qabel l-Assedju l-Kbir, bħala talba lil Alla biex issaltan il-paċi fost in-nazzjonijiet Ewropej fi żmien ta’ periklu kbir… Kompli aqra »

Papa fil-Udjenza Ġenerali: Dawk li verament iridu l-paċi dejjem ifittxu r-rikonċiljazzjoni

  Il-Vatikan

Għeżież ħuti, l-għodwa t-tajba!

F’dawn il-ġimgħat ta’ tħassib minħabba fil-pandemija li qiegħda ġġagħal lid-dinja tbati tant, fost il-ħafna mistoqsijiet li nagħmlu, jista’ jkun hemm ukoll dawk fuq Alla: X’inhu jagħmel hu quddiem it-tbatija tagħna? Fejn hu meta kollox ikun sejjer ħażin? Għax ma jaqbadx u jsolvilna l-problemi bla dewmien? Dawn huma mistoqsijiet li aħna nagħmlu dwar Alla.

Jista’ jgħinna r-rakkont tal-Passjoni ta’ Ġesù, li jakkumpanjana wkoll f’dawn il-jiem imqaddsa… Kompli aqra »

F’kull quddiesa nħallu ’l Mulej jiftħilna qalbna għall-Iskrittura – L-Arċisqof

Quddiesa f'Jum San Girgor

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa, il-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Dan ir-rakkont sabiħ, aħna nafuh bħala r-rakkont tad-dixxipli ta’ Għemmaws,  jagħti l-istruttura ta’ dak kollu li aħna niċċelebraw meta nfakkru bil-qima l-mewt u l-qawmien ta’ Ġesù mill-imwiet.

Jekk aħna nħarsu lejn dan ir-rakkont, nirrealizzaw li bħalna d-dixxipli ta’ Għemmaws għalkemm kienu semgħu r-rakkont kollu tal-passjoni ta’ Ġesù u anke l-qawmien tiegħu għax semgħu wkoll dak li qalu n-nisa, xorta jgħaddu għal għonq it-triq b’sens ta’ dieqa f’qalbhom… Kompli aqra »

L-isfida li qed naffaċċjaw bħala nazzjon – L-Arċisqof

L-Arċisqof żar il-Laboratorju tal-Paċi, Ħal Far – 21/01/20 INP_7586 2112020 184132 18:41:32 Aktar ritratti hawn: knisja.mt/ritratti

We have been called upon to make many sacrifices in recent weeks to halt the spread of the insidious and deadly COVID-19 virus that poses great risk to everyone and everything we hold dear. 

New terms have come into being, such as social-distancing and self-isolation; while we have had to adopt practices that seemed unthinkable just a few weeks ago, the cruellest being not being able to see in the flesh members of our own families… Kompli aqra »