Yearly Archives: 2020

Il-kreattività fil-qadi – L‑Isqof Galea‑Curmi

Quddiesa f'Ħamis ix-Xirka

  Il-Knisja Parrokkjali tal-Lunzjata, Ħal Balzan

L-Omelija tal-Isqof Awżiljarju Joseph Galea-Curmi

Ġesù ħabbhom sal-aħħar. Parti minn din l-espressjoni tal-imħabba tiegħu kienet li jagħti xi xokkijiet lid-dixxipli tiegħu. Hawn, f’din is-silta, jagħtihom tnejn, xokk ikbar mill-ieħor.

L-ewwel meta hu stess niżel jaħsel saqajn id-dixxipli, u bir-raġun ħaduha bi kbira, bħalma jgħidlu Pietru. Din qatt ma kienet issir. Setgħu qalulu: ‘Qatt ma għamilna hekk, qatt ma ħdimna b’dal-mod’. Imma hu hemmhekk ried jispjegalhom l-iktar ħaġa importanti: li hu sar bniedem biex jingħata… Kompli aqra »

L-Evanġelju fil-Ġimgħa l-Kbira: 10 ta’ April

Il-Ġimgħa l-Kbira
Tifkira Solenni ta-Passjoni tal-Mulej
Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Is 52, 13 – 53, 12
Salm: 30 (31), 2.6.12-13.15-16.17. 25
It-Tieni Qari: Lhud 4, 14-16; 5, 7-9

L-Evanġelju: Ġw 18, 1 – 19, 42

Il-Passjoni ta’ Sidna Ġesù Kristu skont San Ġwann

F’dak iż-żmien, Ġesù ħareġ mad-dixxipli tiegħu u qasam għan-naħa l-oħra tal-Wied ta’ Kedron; hemmhekk kien hemm ġnien, u daħal fih mad-dixxipli tiegħu… Kompli aqra »

Ngħixu s-sinifikat profond tal-ħasil tal-riġlejn billi nieħdu ħsieb xulxin – L-Arċisqof

Il-Quddiesa fl-Ikla tal-Mulej offruta għall-vokazzjonijiet għall-ħajja saċerdotali u reliġjuża, u s-sagrament taż-Żwieg Nisrani

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa, il-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

“Jiena tajtkom eżempju” (Ġw 13:15). Illum għalhekk iltqajna biex niċċelebraw u nfakkru dan l-eżempju. “Jiena tajtkom eżempju biex” kif ħabbejtkom jien, “kif għamilt jien magħkom, hekk intom tagħmlu lil xulxin” (Ġw 13:15).

U jekk irridu nagħsru l-eżempju ta’ Ġesù f’kelma waħda, m’hemmx kelma aħjar mill-kelma ‘imħabba’. L-Appostlu Missierna, meta jitkellem fuq il-fidi, it-tama, l-imħabba jgħid “l-ikbar hija l-imħabba”… Kompli aqra »

Live: Ħamis ix-Xirka 2020 – Is-Seba’ waqfiet ma’ Ġesù – 9 ta’ April, 8:30pm

  Il-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

L‑Arċisqof Charles Scicluna ser imexxi mument ta’ talb u riflessjoni mill‑Katidral ta’ San Pawl, l‑Imdina, bit‑tema ‘Seba’ Waqfiet ma’ Ġesù’. Dan ser jixxandar fuq l‑istazzjonijiet ewlenin tat‑televixin u fuq mezzi ta’ komunikazzjoni soċjali oħra, għada, 9 ta’ April, Ħamis ix‑Xirka, fit‑8:30 p.m.

Din is‑sena, flok is‑Seba’ Visti fejn is-soltu isir pellegrinaġġ f’seba’ knejjes, l‑Insara qed jiġu mistiedna biex bħad‑dixxipli fl‑aħħar lejl ma’ Ġesù, jishru miegħu… Kompli aqra »

Vlogg tal-Arċisqof: Messaġġ lis-saċerdoti f’Ħamis ix-Xirka 2020

  Il-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

Għażiż ħija fis-saċerdozju,

F’Ħamis ix-Xirka mdorrijin niltaqgħu fil-Konkatidral ta’ San Ġwann u flimkien niċċelebraw il-misteru kbir mhux biss tal-Ordinazzjoni tagħna imma tal-vokazzjoni tagħna.

San Ġwann Pawlu II kien jgħid li l-vokazzjoni tagħna hija misteru kbir. Aħna nafu lkoll kemm aħna kemm hu misteru kbir ta’ ħniena u ta’ mħabba minn Alla, li tistedinna biex din l-imħabba li rċevejna, din l-għażla preferenzjali li tibgħatna bħala missjunarji tal-ħniena u tal-imħabba aħna nkunu xhieda tagħha fost il-poplu għażiż tagħna… Kompli aqra »

L-Evanġelju f’Ħamis ix-Xirka: 9 ta’ April

Ħamis ix-Xirka
Tifkira Solenni tal-Ikla tal-Mulej
Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Eż 12, 1-8.11-14
Salm: 115 (116), 12-13.15-16bċ.17-18
It-Tieni Qari: 1 Kor 11, 23-26

L-Evanġelju: Ġw 13, 1-15

Qabel il-festa tal-Għid, billi kien jaf Ġesù li waslet is-siegħa tiegħu biex jgħaddi minn din id-dinja għal għand il-Missier, hu, li kien ħabb lil tiegħu li kienu fid-dinja, ħabbhom għall-aħħar… Kompli aqra »