Yearly Archives: 2020

Il-Papa fl-Angelus: Insiru xhieda permezz tal-Ispirtu s-Santu

  Il-Vatikan

Pope Francis during his Sunday Angelus, streamed live in St Peter’s Square   (ANSA)

On the Second Sunday of Lent, Pope Francis reflected on the Gospel account of the Transfiguration, when Jesus revealed His glory to the Apostles Peter, James, and John. The Holy Father delivered his Angelus address from the Library in the Apostolic Palace on Sunday, a precautionary measure in response to ongoing concerns about the coronavirus… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 9 ta’ Marzu

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Dan 9, 4b-10
Salm: 78 (79), 8.9.11 u 13

L-Evanġelju: Lq 6, 36-38

F’dak iż-żmien, Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu: “Ħennu, bħalma hu ħanin Missierkom. Tiġġudikawx, u ma tkunux iġġudikati; tikkundannawx, u ma tkunux ikkundannati; aħfru, u ssibu l-maħfra. Agħtu, u jingħatalkom.

Kejl tajjeb, marsus, mheżżeż sewwa u mburġat iqegħdulkom f’ħoġorkom; għax bl-istess kejl li tkejlu intom jitkejjel lilkom”… Kompli aqra »

Dinjità u tama mill-ġdid għall-vittmi ta’ vjolenza domestika

L-Arċisqof inawgura l-wirja 'The Voice of Survivors Through Art'

  L-Isptar Mater Dei, l-Imsida

Nhar il-Ġimgħa 6 ta’ Marzu 2020, l-Arċisqof Charles J. Scicluna inawgura l-wirja ‘The Voice of Survivors Through Art’ b’xogħlijiet li saru min-nisa u tfal residenti fid-Dar Qalb ta’ Ġesù. Din id-dar hi second stage shelter ta’ Fondazzjoni Sebħ fi ħdan l-Arċidjoċesi ta’ Malta, għall-vittmi ta’ vjolenza domestika.

Il-wirja hi riżultat ta’ workshop, immexxi mit-terapista tal-arti Jeannette Fiott, bħala parti mill-proċess ta’ fejqan għar-residenti fix-xelter… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-Ħadd: 8 ta’ Marzu

It-Tieni Ħadd tar-Randan
Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Ġen 12, 1-4a
Salm: 32 (33), 4-5.18-19.20 u 22
It-Tieni Qari: 2 Tim 1, 8b-10

L-Evanġelju: Mt 17, 1-9

F’dak iż-żmien, Ġesù ħa miegħu lil Pietru u lil Ġakbu u lil ħuh Ġwanni, tellagħhom fuq muntanja għolja weħidhom, u tbiddel quddiemhom. Wiċċu sar jiddi bħax-xemx, u lbiesu sar abjad bħad-dawl. U dehrulhom Mosè u Elija jitħaddtu miegħu… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 7 ta’ Marzu

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Dewt 26, 16-19
Salm: 118 (119), 1-2.4-5.7-8

L-Evanġelju: Mt 5, 43-48

F’dak iż-żmien, Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu: “Smajtu x’intqal: “Ħobb lil għajrek, u obgħod lill-għadu tiegħek”. Imma jiena ngħidilkom: Ħobbu lill-għedewwa tagħkom, u itolbu għal dawk li jippersegwitawkom, biex tkunu wlied Missierkom li hu fis-smewwiet; għax hu jtalla’ x-xemx tiegħu sew fuq il-ħżiena u sew fuq it-tajbin, u jniżżel ix-xita sew fuq min hu tajjeb u sew fuq min mhuwiex… Kompli aqra »

Il-Papa fil-Jum Dinji għaż-Żgħażagħ: ħudu riskju u biddlu d-dinja

Pope Francis during World Youth Day in Panama  (Vatican Media)

Pope Francis in his message for the 2020 diocesan World Youth Day, invites young people to be missionary disciples and to give their passions and dreams free rein.

It’s two years until the next World Youth Day, which will take place in the city of Lisbon in 2022 and in that intervening time, Pope Francis is inviting young people to reflect on the themes for the diocesan World Youth Days of 2020 and 2021… Kompli aqra »

Kor Djoċesan għaż-żjara tal-Papa Franġisku f’Għawdex

Fl-okkażjoni tal-liturġija li ser imexxi l-Qdusija Tiegħu l-Papa Franġisku meta jżur is-Santwarju Nazzjonali tal-Madonna Ta’ Pinu fl-aħħar ta’ Mejju li ġej, id-Djoċesi ta’ Għawdex qed tilqa’ applikazzjonijiet minn adolexxenti u żgħażagħ Għawdxin li jixtiequ jingħaqdu mal-koristi li jiffurmaw parti mill-Kor Djoċesan taż-Żgħażagħ.

Il-Kumitat Organizzattiv Interdjoċesan taż-Żjara tal-Papa f’Malta jħeġġeġ lil dawk l-adolexxenti u żgħażagħ Għawdxin, partikularment dawk li jħossuhom ispirati minn Ġesù Kristu u huma mħarrġa fil-kant, biex japplikaw fuq www.papafrangisku.mt/korghawdex… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 6 ta’ Marzu

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Eżek 18, 21-28
Salm: 129 (130), 1-2.3-4ab.4ċ-6.7-8

L-Evanġelju: Mt 5, 20-26

F’dak iż-żmien, Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu: “Ngħidilkom li, jekk il-ħajja tajba tagħkom ma tkunx ħafna aħjar minn dik tal-kittieba u l-Fariżej, ma tidħlux fis-Saltna tas-Smewwiet.

Smajtu xi ntqal lin-nies ta’ dari: “La toqtolx”. Mela jekk xi ħadd joqtol ikun ħaqqu l-kundanna. Imma jien ngħidilkom li l-kundanna tistħoqq ukoll lil min jinkorla għal ħuh… Kompli aqra »

Proprjetà tal-Knisja f’Ħal Safi se tinbidel f’ċentru għall-persuni bid-dimensja

Ftehim soċjali ieħor bejn il-Knisja u l-Gvern

  Ħal Safi

Proprjetà tal-Arċidjoċesi ta’ Malta fil-parroċċa ta’ Ħal Safi, ingħaddiet lid-Direttorat għall-Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunità biex jitwaqqaf ċentru ta’ matul il-jum għal persuni li jbatu mid-dimensja, nhar it-Tlieta 3 ta’ Marzu 2020. Dan iċ-ċentru se jservi wkoll ta’ xelter għall-anzjani u għal dawk li jbatu mid-dimensja biex ma jitħallewx weħidhom filgħaxija u matul il-lejl. Iċ-ċentru se jkun l-ewwel wieħed f’Malta li joffri servizz għal matul il-ġurnata u bil-lejl… Kompli aqra »

It-talba li nħossuna safe ġo darna – L-Arċisqof fil-funeral ta’ Miriam Pace

  Is-Santwarju Bażilika tal-Madonna tal-Karmnu, il-Belt Valletta

L-omelija tal-Arċisqof Charles J. Scicluna

“Ejjew għandi intom ilkoll li intom imtaqqlin u jiena nserraħkom” (Mt 11:28). Aħna hekk għamilna llum: obdejna l-istedina ta’ Ġesù. Mgħaffġin bin-niket, konfużi bil-ġrajja qalila li ħasdet lil Miriam, aħna nersqu lejn Ġesù u lejn ommu nfittxu l-faraġ. Mingħajru ftit jagħmel sens għax jekk inti tipprova tifhem x’sens fiha li omm tispiċċa mirduma minn darha stess? Ma fihiex sens. U aħna forsi lil Alla lanqas se nitolbuh jispjegalna, imma nersqu lejh għall-faraġ… Kompli aqra »