Yearly Archives: 2020

L-għożża ta’ dawk li huma vulnerabbli u dgħajfa – L-Isqof Galea-Curmi

Quddiesa fil-Jum Dinji tal-Morda

  Is-Santwarju ta’ Santa Tereża, Birkirkara

L-Omelija tal-Isqof Awżiljarju Joseph Galea-Curmi

Il-Papa Franġisku, li se jkollna x-xorti li nilqgħuh fostna Malta fil-31 ta’ Mejju, nhar Għid il-Ħamsin, ftit ġranet ilu ħareġ messaġġ għall-okkażjoni tal-lum – it-28 Jum Dinji tal-Morda. F’dan il-messaġġ jirrifletti fuq il-kliem ta’ Ġesù: “Ejjew għandi, intom ilkoll li tinsabu mħabbtin u mtaqqlin, u jiena nserraħkom” (Mt 11:28).

Nixtieq li nirriflettu fuq dan il-kliem ta’ Ġesù u naraw ir-rabta tiegħu ma’ dan l-Evanġelju skont San Ġwann li għadna kemm smajna, magħruf bħala tat-Tieġ ta’ Kana… Kompli aqra »

#90YearsofService mill-Azzjoni Kattolika f’Malta

Dan ix-xahar iż-ŻAK nediet kampanja bl-isem #90YearsofService – kampanja li se tfakkar id-90 anniversarju tal-Azzjoni Kattolika f’Malta u li tiġbor mijiet ta’ persuni li se jwettqu xi forma ta’ volontarjat ma’ persuni fil-bżonn, jew biex itejbu l-ambjent jew is-soċjetà li ngħixu fiha. Din il-kampanja hija ffinanzjata mill-programm SIS (Small Initiatives Support Scheme) tal-Kunsill Malti għas-settur tal-Volontarjat. Iż-żgħażagħ membri fiż-ŻAK, flimkien ma’ studenti u persuni oħra li mhux membri tal-Azzjoni Kattolika, ġew mistiedna sabiex iwettqu xi forma ta’ volontarjat u biex ikunu ta’ servizz għal ħaddieħor… Kompli aqra »

Querida Amazonía: l-Eżortazzjoni tal-Papa għall-Knisja b’wiċċ Amażoniku

  Il-Vatikan

Pope Francis greets an indigenous woman in Puerto Maldonado, Peru

The Post-Synodal Apostolic Exhortation on the Amazon Region has been published. The document traces new paths of evangelization and care for the environment and the poor. Pope Francis hopes for a new missionary thrust, and encourages the role of the laity within the ecclesial community.

“The beloved Amazon region stands before the world in all its splendour, its drama and its mystery.” Thus begins the Post-Synodal Apostolic Exhortation, Querida AmazoníaKompli aqra »

Il-Papa fl-Udjenza Ġenerali: in-niket għandu għeruqu fl-imħabba għal Alla

  Il-Vatikan

Pope Francis at the weekly general audience at the Vatican, 12.01.2020

At the General Audience on Wednesday, Pope Francis continues his catechesis on the Beatitudes. This week, he reflects on the second Beatitude: “Blessed are those who mourn, for they shall be comforted”. Below is the official English-language summary:

Dear Brothers and Sisters: In our continuing catechesis on the Beatitudes, we now turn to the second proclamation: “Blessed are those who mourn, for they shall be comforted” (Mt 5:4).  Such mourning – described by the desert Fathers with the Greek word “penthos” – is more than mere grief: it is an interior sorrow that can open us to an authentic relationship with the Lord and with each other.  The Bible speaks of two types of such sorrow.  The first is the pain we feel when faced with the suffering or death of our brothers and sisters.  The second involves mourning for sin.  Both are grounded in loving concern for others, but above all in love for God.  Sorrow for sin – as seen in Saint Peter’s tears after his betrayal of Jesus – comes as a gift of the Holy Spirit the Comforter.  Let us continually ask for the grace to grieve for our sins and to be open to the healing grace of the Spirit, so that we can comfort others with the same consolation that we ourselves have received… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 12 ta’ Frar

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: 1 Slaten 10, 1-10
Salm: 36 (37), 5-6.30-31.39-40

L-Evanġelju: Mk 7, 14-23

F’dak iż-żmien, Ġesù raġa’ sejjaħ in-nies lejh u qalilhom: “Isimgħuni, intom ilkoll, u ifhmuni! Ma hemm xejn minn barra li meta jidħol fi bniedem itebbgħu; imma dak li joħroġ minn ġol-bniedem, dak hu li jtabba’ lill-bniedem”.

Meta ħalla n-nies u daħal id-dar, id-dixxipli tiegħu staqsewh fuq il-parabbola… Kompli aqra »

San Pawl ma ġiex biex jikkundanna imma bl-id qawwija li tfejjaq u turi l-ħniena – L-Arċisqof

Pontifikal Solenni fil-festa tan-Nawfraġju ta’ Missierna San Pawl li matulu tħabbar il-Vjaġġ Appostoliku tal-Papa Franġisku f'Malta

  Il-Knisja Arċipretali ta’ San Pawl Nawfragu, il-Belt Valletta

L-omelija tal-Arċisqof Charles J. Scicluna

Fl-Atti tal-Appostli, il-ktieb li jagħtina r-rakkont għażiż tal-miġja tal-Appostlu Misserna San Pawl fostna, jirrepeti l-istorja u n-narrattiva tal-konverżjoni ta’ Pawlu, Sawlu, tliet darbiet. Wieħed jinnota kemm dan ir-rakkont huwa importanti biex dan it-tieni ktieb li kiteb San Luqa: l-Evanġelju u l-Atti tal-Appostli, din il-laqgħa tal-Imgħallem Ġesù rxuxtat ma’ dan ir-raġel minn Tarsu propju nsibuha rrakkuntata tliet darbiet.

Illum nixtieq nibda r-riflessjoni tiegħi billi nfakkarkom Pawlu stess xi jgħid meta jidħol fi djalogu ma’ Agrippa… Kompli aqra »

Il-Papa fl-Angelus: Il-Knisja tisma’ l-għajta tal-emarġinati u tal-foqra

Papa Franġisku waqt l-Angelus tal-Ħadd fi Pjazza San Pietru (Vatican Media)

Għeżież ħuti, il-jum it-tajjeb!

Fl-Evanġelju tal-lum (cfr Mt 5,13-16), Ġesù jgħid lid-dixxipli tiegħu: “Intom il-melħ tal-art. Intom id-dawl tad-dinja” (vv, 13.14).  Hu juża lingwaġġ simboliku biex juri lil kull min irid jimxi warajh xi kriterji biex ħajtu tkun preżenza u xhieda fid-dinja.

L-ewwel tixbiha: il-melħ.  Il-melħ hu l-elementi li jagħti t-togħma u li jippreserva u jżomm l-ikel biex ma jitħassarx… Kompli aqra »

Twajba, Ġentili u Akkoljenti – L-Isqof Joseph Galea-Curmi

Omelija lejlet is-solennità tal-Appostlu Missierna San Pawl

  Il-Knisja Arċipretali ta’ San Pawl Nawfragu, il-Belt Valletta

L-Omelija tal-Isqof Awżiljarju Joseph Galea-Curmi

Hemm frażi fir-rakkont li għadna kemm smajna mill-Atti tal-Appostli li tgħid hekk: “Ġabu ruħhom magħna bi ħlewwa liema bħalha” (Atti 28:2). Hi frażi li tagħmlilna ġieħ lilna l-Maltin, meta naqrawha u nerġgħu naqrawha, u niftakru li tant snin ilu l-Maltin ta’ żmien San Pawl, meta waslu dawn in-nies ħafna minnhom priġunieri fuq ġifen li kien inqabad f’tempesta u kien wasal hawnhekk mingħajr ħadd ma ried li jasal hawn, ġabu ruħhom bi ħlewwa liema bħalha… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 11 ta’ Frar

Il-Verġni Mqaddsa Marija ta’ Lourdes
Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: 1 Slaten 8, 22-23.27-30
Salm: 83 (84), 3.4.5 u 10.11

L-Evanġelju: Mk 7, 1-13

F’dak iż-żmien, il-Fariżej u xi wħud mill-kittieba li ġew minn Ġerusalemm inġabru ħdejn Ġesù, u raw li xi wħud mid-dixxipli tiegħu kienu qegħdin jieklu b’idejhom mhumiex indaf, jiġifieri mhumiex maħsulin. Għax il-Fariżej, u l-Lhud kollha, biex iħarsu t-tradizzjoni ta’ missirijiethom, ma jmissux ikel qabel ma jkunu ħaslu jdejhom sewwa; hekk ukoll wara li jerġgħu lura mis-suq, ma jiklux jekk ma jinħaslux; u għandhom bosta drawwiet oħra li baqgħu marbutin magħhom minn żmien għal ieħor, bħalma huma l-ħasil tat-tazzi u tal-buqari u tal-ktieli tal-bronż… Kompli aqra »