Yearly Archives: 2020

Vjaġġ Appostoliku mill-Papa Franġisku f’Malta

Tħabbira tal-Vjaġġ Appostoliku tal-Qdusija Tiegħu l-Papa Franġisku f'Malta

  Il-Knisja Arċipretali ta’ San Pawl Nawfragu, il-Belt Valletta

Il-Qdusija Tiegħu l-Papa Franġisku jilqa’ l-istedina tal-President tar-Repubblika ta’ Malta, tal-Awtoritajiet u tal-Knisja Kattolika tal-Pajjiż, u ser jagħmel Vjaġġ Appostoliku f’Malta u Għawdex fil-31 ta’ Mejju 2020.

Il-programm tal-vjaġġ se jitħabbar iktar ’il quddiem. Kompli aqra »

Logo uffiċjali tal-Vjaġġ Appostoliku f’Malta It-tħabbira uffiċjali tal-Vjaġġ Appostoliku f’Malta …

L-Evanġelju tal-jum: 10 ta’ Frar

In-Nawfraġju tal-Appostlu Missierna San Pawl – Solennità
Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Għerf 14, 3-7
Salm: 107, 21-31
It-Tieni Qari: 2 Kor 11, 18.24-31 jew Atti 28, 1-6

L-Evanġelju: Mk 16, 15-20

F’dak iż-żmien, Ġesù qal lill-Ħdax : “Morru fid-dinja kollha, xandru l-Evanġelju lill-ħolqien kollu. Min jemmen u jitgħammed, isalva; iżda min ma jemminx, ikun ikkundannat.

U dawn huma s-sinjali li jsieħbu lil dawk li jemmnu: f’ismi jkeċċu x-xjaten, jitkellmu b’ilsna ġodda, jaqbdu s-sriep b’idejhom, u jekk jixorbu xi xorb li jġib il-mewt ma jagħmlilhomx ħsara; iqiegħdu idejhom fuq il-morda u dawn ifiqu.”

U hekk il-Mulej Ġesù, wara li kellimhom, kien imtella’ fis-sema u qagħad in-naħa tal-lemin ta’ Alla… Kompli aqra »

Jibdew iċ-ċelebrazzjonijiet għall-festa tan-Nawfraġju ta’ San Pawl

  Il-Knisja Arċipretali ta’ San Pawl Nawfragu, il-Belt Valletta

L‑Arċisqof  Charles J. Scicluna mexxa t-Traslazzjoni Solenni tar-Relikwa u l-Ewwel Għasar Solenni, lejlet il-festa tan-Nawfraġju ta’ Missierna San Pawl, nhar il-Ħadd 9 ta’ Frar 2020, fil-Knisja Arċipretali ta’ San Pawl Nawfragu, il-Belt Valletta.

Għada t-Tnejn 10 ta’ Frar, l-Arċisqof se jiċċelebra Quddiesa Pontifikali fil-festa tan-Nawfraġju ta’ Missierna San Pawl, fil-Knisja Arċipretali ta’ San Pawl Nawfragu, il-Belt Valletta. Il-Quddiesa tibda fid-9am u se tixxandar liveKompli aqra »

Live: Quddiesa fil-festa ta’ San Pawl Nawfragu

  Il-Knisja Arċipretali ta' San Pawl Nawfragu, il-Belt Valletta

Nhar it-Tnejn 10 ta’ Frar, l-Arċisqof jiċċelebra Pontifikal Solenni fil-festa tan-Nawfraġju ta’ Missierna San Pawl, fil-Knisja Arċipretali ta’ San Pawl Nawfragu, il-Belt Valletta. Il-Quddiesa tibda fid-9am. Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-Ħadd: 9 ta’ Frar

Il-Ħames Ħadd taż-Żmien ta’ Matul is-Sena
Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Is 58, 7-10
Salm: 111 (112), 4-5.6-7.8a.9
It-Tieni Qari: 1 Kor 2, 1-5

L-Evanġelju: Mt 5, 13-16

F’dak iż-żmien, Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu: “Intom il-melħ tal-art. Imma jekk il-melħ jaqta’, biex jerġa’ jieħu t-togħma? Ma jibqa’ tajjeb għal xejn iżjed ħlief biex jintrema barra u jintrifes min-nies.

Intom id-dawl tad-dinja… Kompli aqra »

Nhar it-Tlieta: Quddiesa fl-okkażjoni tal-Jum Dinji tal-Morda

  Is-Santwarju ta' Santa Tereża, Birkirkara

Nhar it-Tlieta 11 ta’ Frar 2020, madwar id-dinja ser jiġi ċċelebrat il-Jum Dinji tal-Morda, li twaqqaf minn San Ġwanni Pawlu II 28 sena ilu. Kull 11 ta’ Frar titfakkar ukoll l-ewwel dehra tal-Madonna f’Lourdes.

Jum il-Morda ser jiġi ċċelebrat b’Quddiesa fis-Santwarju ta’ Santa Tereża, Birkirkara. Il-Quddiesa ser tibda fl-10am u ser titmexxa mill-Isqof Awżiljerju Joseph Galea-Curmi.  Jikkonċelebra Dun Joseph Mizzi, il-kappillan tal-għaqda djoċesana għat-trasport tal-morda f’Lourdes (UMTAL) u s-saċerdoti kollha li jaħdmu fl-isptarijiet u l-homes Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 8 ta’ Frar

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: 1 Slaten 3, 4-13
Salm: 118 (119), 9.10.11.12.13.14

L-Evanġelju: Mk 6, 30-34

F’dak iż-żmien, l-appostli reġgħu ġew ħdejn Ġesù u qalulu kulma kienu għamlu u għallmu. U hu qalilhom: “Ejjew miegħi intom biss weħidkom f’xi post imwarrab, u strieħu ftit”. Għax tassew, kien hemm ħafna nies ġejjin u sejrin, u anqas żmien biex jieklu ma kienu jħallulhom… Kompli aqra »

The Turning

***

Direttur:          Floria Sigismondi

Atturi:              Mackenzie Davis, Finn Wolfhard, Brooklynn Prince, Joely Richardson, Barbara Marten, Mark Huberman, Niall Greig Fulton u Denna Thomsen

Ħin tal-Film:    94 min

Maħruġ minn KRS Releasing Ltd

KLASSIFIKA TAĊ-ĊENSURA:                 15

KLASSIFIKA TAL-KNISJA:                      18

Il-film jibda bil-ħarba ta’ Miss Jessel minn dar kbira.Miss Jessel sa ftit qabel kienet tieħu ħsieb lil Flora Fairchild, tifla żgħira… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 7 ta’ Frar

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Sirak 47, 2-13
Salm: 17 (18), 31.47 u 50.51

L-Evanġelju: Mk 6, 14-29

F’dak iż-żmien, is-sultan Erodi sama’ b’Ġesù, għax ismu kien sar magħruf, u xi wħud bdew jgħidu: “Ġwanni l-Battista qam mill-imwiet; minħabba f’hekk li s-setgħat tal-mirakli qegħdin jaħdmu fih”. Imma oħrajn bdew jgħidu: “Dan Elija”. U oħrajn: “Profeta, bħal wieħed mill-profeti l-oħra”. Iżda Erodi, meta sama’ bih, qal: “Ġwanni l-Battista, li jien qtajtlu rasu, hu qam mill-mewt!”… Kompli aqra »

Mina bejn Malta u Għawdex – l-ebda ġustifikazzjoni fl-assenza ta’ studji pubblikati tal-alternattivi għaliha

Stqarrija dwar ir-rapport tal-Kummissjoni Interdjoċesana Ambjent (KA)

Screenshot: Google Earth

Il‑Kummissjoni Interdjoċesana Ambjent (KA) tħoss li għadha ma teżisti l‑ebda informazzjoni soda u rigoruża, u li hija pubblika, li permezz tagħha wieħed ikun jista’ jgħarbel u jixtarr l‑alternattivi kollha biex l‑aċċessibbiltà bejn Malta u Għawdex titjieb. Dan wara li ħarġet l‑aħbar li Infrastructure Malta kienet bdiet il‑proċess li bih qed tfittex li tidentifika kumpanija jew konsorzju biex jibnu u joperaw il‑mina għal żmien definit… Kompli aqra »