Agħmel li l-ħarsa tiegħek tkun il-ħarsa ta’ Ġesù: ħarsa kollha verità, ħniena u mogħdrija – L-Arċisqof lil Patri Josef Pace
Quddiesa fil-bidu tal-ħidma pastorali ta' Patri Josef Pace bħala kappillan tal-Parroċċa ta' San Pawl il-Baħar
19/01/2020 Il-Knisja Parrokkjali ta' Marija Addolorata, San Pawl il-BaħarL-omelija tal-Arċisqof Charles J. Scicluna
“Inti l-qaddej tiegħi, bik jiena nkun imfaħħar” (Iż 49:3). Għażiż kappillan, Fr Josef, din il-profezija ta’ Iżaija li l-Knisja llum qiegħda tapplikaha għall-Mulej Ġesù, tkun ukoll dawl fil-ministeru ġdid li llum qiegħed tibda. Il-Mulej qiegħed isejjaħlek biex taqdih fil-poplu tiegħu f’din il-parroċċa hawnhekk f’San Pawl il-Baħar, iddedikata taħt it-titlu ta’ Sidtna Marija Addolorata, Reġina tal-Martri.
Inti l-qaddej tal-Mulej u aħna nawgurawlek li permezz tiegħek il-Mulej ikun imfaħħar… Kompli aqra »