Yearly Archives: 2020

L-Evanġelju tal-jum: 10 ta’ Jannar

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: 1 Ġw 5, 5-13
Salm: 147, 12-13.14-15.19-20

L-Evanġelju: Lq 5, 12-16

Darba Ġesù kien qiegħed f’belt. U jkun hemm raġel marid sewwa bil-lebbra; kif ra lil Ġesù, mar u nxteħet wiċċu fl-art quddiemu jitolbu u jgħidlu: “Mulej, jekk trid, tista’ tfejjaqni”. Ġesù medd idu fuqu, messu u qallu: “Iva, irrid; kun imfejjaq!”. U minnufih il-lebbra marritlu.

Ġesù widdbu u qallu: “Qis li ma tgħid xejn lil ħadd… Kompli aqra »

Il-Kardinal Prospero Grech: Bniedem tassew għaref li apprezza l-umanità u tbissmilha – L-Arċisqof

Quddiesa praesente cadavere b'suffraġju tal-Kardinal Prospero Grech

  Il-Katidral ta' San Pawl, l-Imdina

L-omelija tal-Arċisqof Charles J. Scicluna

94 sena ilu, ta’ tarbija tawh l-isem ta’ Stanley, imma aħna l-maġġorparti tagħna, nafuh bl-isem li għażlulu bħala reliġjuż: Prospero. Dan l-isem jiġbor fil-qosor kemm jista’ jkun f’kelma waħda s-simpatija li tattira l-memorja ta’ bniedem kbir, tal-Kardinal Prospero Grech.

Hu kellu l-grazzja mingħand il-Mulej li jirċievi s-sejħa li jimxi wara Ġesù mill-qrib. Ġesù fuqu quddiem il-Missier, jista’ jgħid li hu jsib il-glorja tiegħu permezz tal-qaddej tiegħu Prospero… Kompli aqra »

Il-poplu jsellem lill‑Kardinal Prospero Grech fir-Rabat

Jum ta' luttu nazzjonali

  Il-Kunvent ta' San Mark, ir-Rabat Malta

Illum 9 ta’ Jannar 2020, il-kappella tal-Kunvent ta’ San Mark, fir-Rabat miftuħa għall-pubbliku sa nofsinhar għal min jixtieq jagħti l-aħħar tislima lill-Kardinal Prospero Grech. Hemmhekk wieħed jista’ jiffirma l-ktieb tal-kondoljanzi.

F’nofsinhar tindaqq mota funebri fil-knejjes kollha f’Malta u Għawdex.

Fis-1:40pm, it-tebut jittieħed fil-Katidral Metropolitan ta’ San Pawl, l-Imdina, u fis-2pm issir quddiesa praesente cadavere b’suffraġju tal-Kardinal, ippreseduta mill-Arċisqof Charles J… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 9 ta’ Jannar

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: 1 Ġw 4, 19 -5,4
Salm: 71 (72), 2.14 u 15bċ.17

L-Evanġelju: Lq 4, 14-22a

F’dak iż-żmien, Ġesù, bil-qawwa tal-Ispirtu, reġa’ mar il-Galilija; u l-fama tiegħu xterdet ma’ dawk l-inħawi kollha, għax hu kien jgħallem fis-sinagogi tagħhom fost it-tifħir ta’ kulħadd.

U ġie Nazaret fejn kien trabba. Daħal fis-sinagoga tagħhom, kif kien imdorri jagħmel nhar ta’ Sibt, u qam biex jaqra… Kompli aqra »

Il-Birgu jsellem lill-Kardinal Prospero Grech

  Il-Knisja Kolleġġjata ta’ San Lawrenz, il-Birgu

L-Erbgħa 8 ta’ Jannar 2020, waslu Malta minn Ruma l-fdalijiet tal-Kardinal Prospero Grech. Fl-4:30pm il-korteo funebri wasal il-Birgu, fejn twieled u tgħammed il-Kardinal, fejn sar mument ta’ talb fil-Knisja Kolleġġjata ta’ San Lawrenz.

Wara, l-korteo telaq mill-Birgu lejn il-kunvent tal-Agostinjani ta’ San Mark, ir-Rabat, sabiex għada, il-Ħamis 9 ta’ Jannar, bejn id-9am u nofsinhar, il-fdalijiet tal-Kardinal Grech jitqiegħdu fil-kappella tal-kunvent għall-qima tal-pubbliku… Kompli aqra »

Jixħet id-dija ta’ wiċċu fuqek – L-Isqof Awżiljarju

Quddiesa fis-Solennità ta’ Marija Omm Alla

  Il-Knisja Parrokkjali tal-Lunzjata, Ħal Balzan

L-Omelija tal-Isqof Awżiljarju Joseph Galea-Curmi

F’dan l-ewwel jum tas-sena, nixtieq li aħna naħsbu speċjalment fuq din il-barka li għadna kif smajna fil-Kelma ta’ Alla, fil-ktieb tan-Numri li tgħid hekk:

Ibierkek il-Mulej u jħarsek,
Jixħet il-Mulej id-dija ta’ wiċċu fuqek u jurik il-ħniena,
Iħares lejk il-Mulej b’imħabba u jagħtik is-sliem
(Num 6:24-26).

Jekk aħna nitolbu din il-barka lil Alla għal matul din is-sena l-ġdida, ikollna tassew għajnuna kbira… Kompli aqra »

Filmat: Il-prova tan-nawfraġju – bejn is-salvazzjoni ta’ Alla u l-ospitalità tal-Maltin – Il-Papa Franġisku waqt l-Udjenza Ġenerali

Katekeżi fuq l-Atti tal-Appostli

  Awla Pawlu VI, il-Vatikan

Għeżież ħuti, l-għodwa t-tajba!

Il-Ktieb tal-Atti tal-Appostli, fl-aħħar parti tiegħu, jirrakkonta li l-Evanġelju jkompli bil-mixja ħafifa tiegħu mhux biss fuq l-art imma wkoll fuq il-baħar, fuq ġifen li jwassal lil Pawlu priġunier minn Ċesarija lejn Ruma (ara Atti 27:1-28:16), fil-qalba tal-Imperu, biex isseħħ il-kelma tal-Irxoxt: “Tkunu xhieda tiegħi […] sa truf l-art” (Atti 1:8). Aqraw il-Ktieb tal-Atti tal-Appostli u taraw kif l-Evanġelju, bil-qawwa tal-Ispirtu s-Santu, jasal għand il-ġnus kollha, isir universali… Kompli aqra »

Naħdmu flimkien f’isem it-Trinità Mqaddsa – L-Arċisqof

L-Epifanija ċelebrata mill-Ortodossi f'Malta

  Ix-Xatt ta' Ta' Xbiex

Nhar il-Ħadd 5 ta’ Jannar 2020, l-Arċisqof Charles J. Scicluna attenda għaċ-ċelebrazzjoni tal-Epifanija, organizzata mill-Parroċċa Griega ta’ San Ġorġ tal-Arċidjoċesi Ortodossa tal-Italja u Malta, fix-Xatt ta’ Ta’ Xbiex. Għaċ-ċelebrazzjoni attendew ukoll il-President ta’ Malta George Vella, il-Ministru għall-Affarijiet Barranin Carmelo Abela u l-Ambaxxatur Grieg Dimitrios G. Tsoungas, kif ukoll membri tal-komunità Kristjana Griega u Ortodossa li jgħixu f’Malta.

L-Arkimandrita Nathanael Felesakis mexxa ċ-ċelebrazzjoni liturġika, wara bierek lin-nies u l-ilma, u tefa’ s-salib fl-baħar; waqt li l-President ta’ Malta tajjar ħamiema bajda… Kompli aqra »

Live: Quddiesa b’suffraġju għall-Kardinal Prospero Grech

Nhar il-Ħamis 9 ta’ Jannar ser issir quddiesa praesente cadavere b’suffraġju għall-Kardinal Prospero Grech, ippreseduta mill‑Arċisqof Charles J. Scicluna, fil-Katidral ta’ San Pawl, l-Imdina. Flimkien mal‑Arċisqof ser jikkonċelebraw l‑Arċisqof Alessandro D’Errico, Nunzju Appostoliku għal Malta; l‑Isqof Mario Grech, Amministratur Appostoliku tad‑Djoċesi ta’ Għawdex; l‑Isqof Joseph Galea‑Curmi; u l‑Isqof Pawlu Darmanin, Isqof Emeritu tad‑Djoċesi ta’ Garissa, il-Kenja. Il-quddiesa se ssir fis‑2pm. Kompli aqra »